Oroskopju | Il-bidu tal-ħames żodjaku, Leo
L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista u l-awtur Paul Jon Mill-Ħadd 16 ta' Lulju sas-Sibt 22 ta' Lulju
Il-kalendarju żodjaku 2023-2024 jidħol fil-ħames żodjaku tiegħu dak ta’ Leo, li jibda mill-Ħadd 23 ta’ Lulju u jintemm it-Tlieta 22 ta’ Awwissu. Dan iffisser ukoll li f’dan ix- xahar ta’ Awwissu nkunu qegħdin nassistu kemm għal ħames żodjaku ta’ Leo kif ukoll għal bidu tas-sitt żodjaku ta’ Virgo. F’dan l-artiklu se nkun qiegħed inwassal biss l-informazzjoni dwar il-ħames żodjaku ta’ Leo.
Ħafna jistaqsuni dwar il-format tal-kalendarju żodjaku, huwa importanti li wieħed jagħraf li l-kalendarju żodjaku ma jibdiex bħal kalendarju tradizzjonali, iġifieri li jibda minn Jannar u jintemm fix-xahar ta’ Diċembru. Il-kalendarju żodjaku jibda mill-21 ta’ Marzu fiż-żodjaku ta’ Aries u jintemm fiż-żodjaku ta’ Pisces u għalhekk xi wħud jitfixklu meta ngħid li ż- żodjaku ta’ Leo jiġi fil-ħames xahar u mhux fis-seba xahar u b’hekk nagħrfu li dawn huma żewġ kalendarji totalment differenti minn xulxin !
Niġu għas suġġett ta’ dan l-artiklu, ż-żodjaku ta’ LEO. Ovvjament kullħadd jagħraf li s-simbolu li jippreżenta dan iż-żodjaku huwa dak ta’ ljun u ġej mill-kelma Griga Λέων, waqt li ż-żodjaku ta’ Leo huwa marbut mal-element tan-nar li fih ukoll ikopri ż-żodjaki ta’ Aries u Sagittarius li bejniethom hemm kombinazzjonijiet ta’ enerġija pożittiva, fejn meta tiġbor l-aspett bażiku tagħhom, jirriżulta li dawn it-tlieta flimkien joffru komunikazzjoni u pożittività. Dejjem jidħol dak l-interess ġenerali; huma persuni d-determinati, jħobbu dak id-dettal partikolari u jippruvaw kemm jistgħu jevitaw kull diżgwit fejn huwa possibli fost oħrajn... Ikompli.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta’ Leo, għalik Aries, se jkun dak il-mument fejn trid tibda tħejji skeda ġdida f'dak li għandu x'jaqsam ma’ ippjanar personali. Dan se jagħmlek tkun aktar organizzat fit-twettiq ta’ opportunitajiet li hemm resqin lejk u b'hekk tkun tista’ tkattar aħjar l-istabbiltà tiegħek. Analizza.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Leo.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Fire Gate. Namaste.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta’ Leo, għalik Taurus, se jkun mument sabiex tgħaraf dak li sa issa int għaraft tkattar fil-karriera tiegħek għandek bżonn tagħtih aktar attenzjoni profonda u ma toqodx titlef ħin fi ħsibijiet oħra. Int għandek tibqa' iffokat 100% fuq dak li għandek madwarek. Irrifletti.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Cancer.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Garnet. Namaste.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta’ Leo, għalik Gemini, se jkun dak il-mument li tgħaraf aktar ir-responsabbiltà kemm dik li int għandek fil-preżent u wisq aktar għal dik ir-responsabbiltà li hemm riesqa lejk. Dan għall-fatt li int issa, b'dak li int għażilt bħala direzzjoni ġdida, poġġejt lilek innifsek f'aktar responsabbiltà u issa trid turi kemm int kapaċi.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Sagittairuis.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jasper. Namaste.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta’ Leo, għalik Cancer, se jkun mument ta’ riflessjoni profonda dwar dak kollu li int qiegħed tesperjenza fil-preżent. Grazzi għal din l-esperjenza int se tkun tista’ tgħaraf x’inhu l-aħjar pass li għandek twettaq minn issa 'l quddiem. Dan għandek twettqu bl-għaqal. Analizza sew.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Aries.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Labraorite. Namaste.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta’ Leo, għalik l-istess Leo, se jkun mument li int trid tgħaraf aktar lilek innifsek u dan minħabba li issa taf li ġejjin ġimgħat fejn int se jkollok sitwazzjonijiet li għandom bżonn ċerta attenzjoni. Għalhekk aħtaf dan il-mument għalik sabiex tkun imħejji tajjeb għal dak li hemm riesaq lejk.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Scorpio.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Obsidian. Namaste.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta’ Leo, għalik Virgo, se jkun mument fejn se tibda tanalizza aktar kif se tibbilanċja l-qagħda finanzjarja tiegħek fejn dan l-ahhar kont qiegħed tesperjenza xi problemi. Issa dan se jibda jinbidel u se tibda terġa' tara dik l-istabbiltà li int tant magħruf għaliha. Analizza.
- Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Taurus.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal. Namaste.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta’ Leo, għalik Libra, se jkun mument li jagħmlek tgħaraf aħjar x'inhu vera utli għalik u li se tgħaraf x' hemm bżonn li minn issa int trid tibda it-tejjeb is-sitwazzjoni ta’ madwarek. Ovvjament waħda mid-deċiżjonijiet li se tkun qiegħed tieħu hi sabiex tkattar il-bilanċ li tant hu meħtieġ għalik.
- Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Virgo.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Pink Opal. Namaste.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta’ Leo, għalik Scorpio, se jkun mument li tgħaraf sew id-direzzjoni meħtieġa dwar il-pjan tal-proġett li tant ilek tħejji u b'hekk tgħaraf kif dan il-pjan ser tkun qiegħed tatwaħ fl'aħjar żmien possibli. Għandek ukoll tgħaraf kull possibilta’ li dan il-pjan x’effett ser ikun qiegħed iħalli madwar il- ħajja tiegħek. Analizza.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Libra.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Red Spinel. Namaste.
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta’ Leo, għalik Sagittarius, se jkun dak il-mument fejn trid tgħaraf iż-żomm kontrol dwar it-tfassil ġdid li qiegħed tħejji. Taf li issa trid iż-żomm ċertu bilanċ f'dak li int twettaq fir-rutina tiegħek sabiex dan it-tkattir jimxi parallel mat-tkomplija tal-ħajja tiegħek.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Aquarius.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Pink Spinel. Namaste.
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta’ Leo, għalik Capricorn, se jkun dak il-mument fejn int trid tgħaraf tagħti aktar attenzjoni lejn id-direzzjoni li int issa ħadd. Jista’ jkun li int qiegħed tagħti l-aħjar iżda fil-fatt hemm bżonn ta’ aktar attenzjoni sabiex b'dak li int għaraft u d-deċidejt finalment iwasslek fejn verament tixtieq tasal. Għalhekk għaraf sew.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Gemini.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Smoky Quartz. Namaste.
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta’ Leo, għalik Aquarius, se jkun dak il-mument li l-karriera tiegħek sejjra tieħu direzzjoni ġdida. Direzzjoni ta’ aktar stabbiltà, hekk int se tgħaraf kemm il-karriera li int tħaddan kemm qegħda tavvanza 'l quddiem u b'dan se jinfetħulek bosta opportunitajiet. Iżda dejjem kun ippreparat.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Virgo.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta’ Leo, għalik Pisces, se jkun dak il-mument ta’ aktar tkattir f'dik il-ħeġġa ġewwa fik, barra li trid tkattar aktar dik il-kunfidenza ġewwa fik. Dawn flimkien se jispirawk biżejjed biex tkattar il-motivazzjoni meħtieġa għal dak kollu li hemm riesaq lejk. Wettaq rifflessjoni profonda.
- Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Capricorn.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Black Opal. Namaste.