Oroskopju | Il-qmura tal-ħames żodjaku
L-oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon mill-Ħadd 30 ta' Lulju sas-Sibt 5 ta' Awwissu
L-Ewwel Parti: Bħal kull żodjaku jkun hemm dawk id-diversi aspetti interessanti li tajjeb wieħed ikun jaf aktar dwarhom, bħall-fażijiet tal-qmura, l-kristalli u x-xemgħat ideali waqt dan iż-żodjaku kif ukoll il-ġranet u tant aspetti li kull żodjaku joffri sabiex il-ħajja ta’ madwarna tinżamm kemm tista’ fuq enerġija pożittiva.
Iżda f’dan l-artiklu s-suġġett prinċipali huma l-QMURA waqt dan il-ħames żodjaku ta’ Leo. Dan biex naraw il-benefiċċji li joffru dawn iż-żewg qmura, kemm kwinta kif ukoll in-new moon. Is-sinifikat tal-qmura dejjem jiġbed dik l-attenzjoni partikolari tal-bniedem sabiex jibda jagħraf dawk l-aspetti ta’ gwida li kull fażi tal-qamar nesperjenzaw. Tajjeb li wieħed jagħraf li barra dwan il-qmura kemm dak kwinta u kif ukoll dak tan-new moon hemm fażijiet oħra tal-qmura li wkoll joffru aspett ta’ indikazzjoni bħal meta jkun nofs qamar jew ikun kwart tal-qamar fost oħrajn.
L-ewwel qamar li se nesperjenzaw f’dan il-ħames żodjaku ta’ Leo huwa dak tal-qamar kwinta li jibda t-Tlieta 1 ta’ Awwissu u jintemm sbieħ il-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu waqt li n-new moon se nkunu qegħdin nesperjenzawh l-Erbgħa 16 ta’ Awwissu u jintemm mas-sbieħ tal-jum tal- Ħadd 20 ta’ Awwissu. Bħal dejjem żewġ qmura li joffru diversi aspetti ta’ benefiċċji kemm liż-żodjaku ta’ Leo, kemm liż-żewġ żodjaki li huma ikkombinati fl-istess element ta’ Leo iġifieri ż-żodjaki ta’ Aries u Sagittarius kif ukoll lil diversi żodjaki oħra. IKOMPLI.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo, għalik Aries, se jkun mument ta’ aktar determinazzjoni sabiex turi l-vera kapaċitajiet tiegħek, turi kemm int vera kapaċi fit-twettieq tiegħek u dan żgur se jkun qiegħed jgħolilek il-moral għal aktar stabbiltà f’dak li hemm riesaq lejk. Irrifletti.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Leo.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi c-Citrine. Namaste.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo, għalik Taurus, huwa l-waqt għal aktar ippjanar dwar il-futur tiegħek u kif se tkun qiegħed tqassam bejn dak li int qiegħed tesperjenza fil-preżent għal dak li għandek ġej fix-xhur li ġejjin. Għalhekk ħejji sew lilek innifsek sabiex ikollok pjan ta’ bilanċ.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Libra.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo, għalik Gemini, se jkun il-mument li tgħaraf aħjar int min int u dan se jagħmlek aktar kunfidenti fit-twettieq li hemm ippjanat għalik. Ovvjament minbarra l-proġetti preżenti hemm oħrajn ġejjin iżda issa ser tara dik id-differenza fik innifsek.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Virgo.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tigers eye. Namaste.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo, għalik Cancer, se jkun il-waqt ta’ għarfien aħjar dwar kif int tista’ tqassam dak li int għandek bħalissa. Xi kultant qiegħed tħoss dak it-toqol, tħossok bħal qisek mitluf iżda dan ser jinbidel u se tibda tgħaraf aħjar.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Aries.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Rose Quartz. Namaste.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo, għalik l-istess Leo, se jkompli jikkonferma fik kemm int persuna li akkost ta’ kollox trid tasal u twettaq dak kollu li hemm ġewwa fik. Ovvjament trid tgħaraf ukoll li kollox ikun imwettaq b’aktar għaqal u dan sabiex kollox ikun imwassal kif għandu jkun. Analizza.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Taurus.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Topaz. Namaste.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo, għalik Virgo, se jagħmlek tifli b’aktar reqqa dak it-twettieq li tixtieq twettaq fix-xhur li ġejjin. L-esperjenza għalmitek li ma taġġilx, iżda li tanalizza b’reqqa kull deċiżjoni rigward il-futur tal-karriera tiegħek. Għalhekk għaraf idħol fil-profond tiegħek innifsek.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Aquarius.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Pearl. Namaste.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo, għalik Libra, se jkun il-waqt li minn dak li kont qiegħed tħossok inċert issa tgħaraf li int qiegħed f’pożizzjoni aħjar ta’ kif għandek tiddeċidi. Għalhekk issa li int qiegħed tħossok ferm aħjar, wettaq dak li huwa meħtieġ u b’hekk int tissaħħaħ.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Pisces.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo, għalik Scorpio, se jkun il-forza tiegħek sabiex tegħleb dak il-mewġ li qiegħed iħabbat lejk, mewġ li sa issa żammek milli tkattar dak li inti tixtieq. Iżda issa int ser tkun kapaċi twettaq dan u għalhekk għaraf emmen iżjed fik innifsek.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Capricorn.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tourmaline. Namaste.
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo, għalik l-Sagittarius, huwa dak il-mument li tgħaraf aħjar il-ħajja li int għażilt. Issa ma tistax tibqa marbut mal-passat, issa għażilt il-pass ‘il quddiem u għalhekk ħalli warajk il-passat u ffoka biss lejn dak fil-preżent.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Gemini.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi s-Sapphire. Namaste.
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo, għalik Capricorn, huwa l-waqt li jekk int taħseb li dak li int qiegħed tesperjenza huwa affidabli għalik, għallura ikkonċentra fuq dak u tħaresx lejn xejn aktar u tipprovax tmur għal xi ħaġa oħra u ikkonċentra biss fuq dak li għandek. Analizza.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Virgo.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amethyst. Namaste.
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo, għalik Aquarius, huwa l-mument ta’ gwida minn xi ħadd li int verament tafda. Int taf li wasalt għal bżonn ta’ gwida f’dak li int tixtieq tkompli twettaq. Għalhekk għaraf fittex din il-gwida minn għand dik il-persuna li verament tafda.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Libra.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo, għalik Pisces, se jkun il-waqt għaqli għalik sabiex tkompli bid-tibdil li int bdejd twettaq, tibdil li qiegħed ibiddel il-ħajja tiegħek lejn aktar stabbiltà. Għalhekk kompli miexi u taqtax qalbek. Għalkemm kull tibdil iġib miegħu ċerta sagrifiċji xorta ibqa miexi.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Sagittarius.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal. Namaste.