L-Oroskopju | Bidu tas-sitt Żodjaku ta' Virgo

L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon... Mill-Ħadd 23 ta’ Awwissu sas-Sibt 22 ta’ Settembru 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April                                                    

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Aries ser tkun ġimgħa ta’ inspirazzjoni lejn dawk ix-xewqat li int għandek.  Tibżax tibda twettaq dawn ix-xewqat għax b’hekk int ser tkun qiegħed tħossok riesaq lejn diversi  aspetti ġodda.  Analizza sew. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. 
  • Aries huma magħrufin għat tfassil iddettlajt tagħhom.  Namaste  

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                            

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Taurus ser tkun ġimgħa fejn issa trid turi kemm int kapaċi f’dawk il-miri li irnexxilek tilħaq.  Int taf li kullħadd qiegħed jistenna minnek ċerta riżultati u għalhekk uri li int vera kapaċi aktar minn hekk.  Għaraf iżda imxi b’pass għaqli.  

  •  L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. 
  • Taurus huma magħrufin għas sensittivita’ tagħħom.  Namaste 

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                             

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Gemini ser tkun ġimgħa fejn trid tkun aktar organizzat.  Għalkemm int dejjem imħejji u preparat sew, minħabba l-ħafna idejat trid iżomm lilek innifsek organizzat. Dan jawgura tajjeb sabiex ma jkunx hemm kumplikazzjonijiet u għalhekk kun imħejji tajjeb għal dak li riesaq lejk.  

  • L-aktar jum ideajli għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. 
  • Gemini huma magħrufin għal gwida li jafu joffru.  Namaste 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                                               

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Cancer trid tkun ġimgħa ta’ aktar dixxiplina miegħek innifsek b’mod speċjali fid-dieta tieghek fejn f’dawn l-aħħar ġimgħat bdejd tinkwieta minħabba bidla fid-dehra tiegħek.  Għalhekk ibda dan iż-żodjaku billi tibda tkun aktar iddixxiplinat għal mod tad-dieta tiegħek.  Għaraf u analizza. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. 
  • Cancer huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva.  Namaste 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                                   

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Leo ser tkun ġimgħa ta’ aktar ħeġġa.  Dawn l-aħħar ġimgħat bħal qisek tlift dik il-ħeġġa li tkun aktar attiv u aktar int.  Dan issa ħaliħ warajk u f’dan il-bidu issa ħares biss lejn il-ġimgħat li ġejjin sabiex terġa tingrana għal aktar stabbilta’. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa hu dak tat-Tnejn. 
  • Leo huma magħrufin għal abbilta’ u t-twemmin fihom infushom.  Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                              

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik l-istess Virgo ser tkun ġimgħa li tħejji għal pawża qasira mir-rutina li int dan l-aħħar bdejd tesperjenza ċerta nuqqas.  Għalhekk dan il-waqt hu pawża żgħira u b’hekk wara tidħol aktar frisk u aktar int għal ħidma li tant tagħtik sodisfazzjon. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. 
  • Virgo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda.  Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru                           

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Libra ser tkun ġimgħa fejn trid tgħaraf aħjar il-finanzi tiegħek l-aktar dwar ċerta nfieq li dan l-aħħar bdejd tesperjenza li ma stajtx ikollok kontrol għal dan.  Imma issa trid twettaq bilanċ aktar sod sabiex terġa tkun f’pożizzjoni aħjar dwar l-infieq finanzjarju tiegħek.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ l-Erbgħa. 
  • Libra huma magħrufin li jimxu mal-mument.  Namaste   

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru                                 

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Scorpio ser tkun ġimgħa fejn tibda tanalizza aħjar il-pożizzjoni tiegħek lejn diversi sitwazzjonijiet.  Int taf li qiegħed tesperjenza ċerta problemi li xi kultant qegħdin iffixklu l-pjanijiet tiegħek.  Għalhekk matul din il-ġimgħa wettaq analiżi profonda ħalli ssib kontrol sinjifikanti. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. 
  • Scorpio huma magħrufin għat tmexxija ntensiva tagħhom.  Namaste 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru  

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Sagittarius ser tkun ġimgħa ta’ perjodu ferm interessanti u ferm pożittiv.  Issa li int qiegħed tgawdi mill l-istess mument taż-żodjaku tiegħek għaraf aħtaf kull opportunita’ sabiex f’dawn l-erba’ ġimgħat tilħaq diversi aspetti li żgur għandom ikunu ta’ tkattir għalik personali.  Irrifletti.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. 
  • Sagittarius huma magħrufin għal motivazzjoni tagħhom.  Namaste 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar                         

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Capricorn ser tkun ġimgħa li trid iżomm kalm u ma tgħaġġilx fl-ebda diċeżjoni li int tkun trid tieħu f’dawn il-ġimgħat li ġejjin.  Taf li hemm deċiżjonijiet jistennewk u għalhekk barra li ma għandekx tieħu deċiżjonijiet mgħaġla aħseb u analizza sew.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. 
  • Capricorn huma magħrufin għad direzzjoni pożittiva tagħhom.  Namaste 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                         

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Aquarius ser tkun ġimgħa li int trid tagħmel analiżi dwar l-esperjenzi tal-passat.  Grazzi għal din l-analiżi int ser tkun f’qagħda aktar pożittiva dwar il-mixja lejn dak li tixtieq.  Il-passat żommu biss bħala tagħlima, l-kumplament ħares u imxi biss il-quddiem.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. 
  • Aquarius huma magħrufin għat-twebis ta’ rashom.  Namaste 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                                   

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo għalik Pisces ser tkun ġimgħa fejn int trid tiffli ferm sew dak li int għandek illum ma’ dak li tixtieq takwista fil-ġimgħat li ġejjin. Ovvjament taf li dak li hemm riesaq lejk ser ikun ta’ responsabbilta’ ferm aktar għalhekk f’dan il-waqt wettaq rifflessjoni profonda.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. 
  • Pisces huma magħrufin għal immaġinazzjoni tagħhom.  Namaste 

KOMPETIZZJONI ma PAULJON  

Voucher għal Pubblikazjonijiet ta’ PaulJon 

Voucher  għal Fitnes Classes  mingħand Graziella Miruzzi 

Kull ma’ għandek tagħmel huwa li twieġeb għal din il-mistoqsija:    

Semmi wieħed mill-pubblikazzjonijiet ta’ PaulJon

Ibgħat it-tweġiba tiegħek ibgħat b’SMS fuq 79495804 jew 99013600 jew fuq il pagna ta facebook ‘’ PaulJon13 ‘’ Namaste   

More in Oroskopju