L-Oroskpju | X'hemm għalik fl-Oroskopju
L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon... Mill-Ħadd 27 ta’ Awwissu sas-Sibt 1 ta’ Settembru
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aries ser tkun dik il-ġimgħa li tagħmlek tgħaraf aħjar int fejn verament tixtieq tasal. Għalkemm dan l-aħħar kont bejn salib it-toroq issa huwa dak il-waqt li tgħaraf dik id-direzzjoni ideali għalik. Għalhekk ħares il-quddiem b’għaqal.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Capricorn.
- Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Ruby. Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Taurus ser tkun dik il-ġimgħa li tifhem aħjar l-aspett tal-imħabba. Għalkemm int kellek bosta esperjenzi mħalltin int taf kemm verament sibt dak li xtaqt u għalhekk issa għandek tgħaraf tgħaqad dak li dejjem xtaqt. Dan għandu jkun mument feliċi għalik.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Virgo.
- Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Tiger’s Eye. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Gemini ser tkun dik il-ġimgħa li tgħaraf aħjar it- triq li għandek taqbad minn issa. Għalkemm fil-preżent qiegħed tikkumbatti ma’ bosta fatturi dan ser jgħaddi u bl-esperjenza vasta tiegħek dan ser ikun ta’ benefiċċju għalik sabiex tkattar l-istabbilta’ tiegħek b’aktar determinazzjoni.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus.
- Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Moon Stone. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Cancer ser tkun dik il ġimgħa li int trid tgħaraf eżattament liema parti tal-karriera hija l-aktar vijabli għalik. Issa ma tridtx toqgħod tħabbel rasek fuq diversi aspetti differenti f’dak li int twettaq. Issa wasal il-waqt għal direzzjoni waħda, dik vijabli għalik.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Libra.
- Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Celestine Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Leo ser tkun dik il-ġimgħa li tħares aktar lejn saħħtek. F’dan il-mument saħħtek għanda bżonn dik l-attenzjoni partikolari u għalhekk għaraf li tieħu dawk il-miżuri kollha meħtieġa fejn hemm bżonn ta’ aktar attenzjoni. Għalhekk wettaq dak kollu meħtieġ.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries.
- Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja Rose Quartz. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik l-istess Virgo għandek twettaq aktar għarfien ta’ bilanċ bejn il-karriera u l-familja. Issa għadek fil-waqt li twettaq dan il-bilanċ b’mod li kollox ikun kif int verament tixtieq. Tħallix dan il-waqt jaħrablek għax tkun tlift okkażjoni biex tkun aktar kuntent.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo.
- Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Sapphire. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Libra hi dik il-ġimgħa li int minn issa trid taħseb għal dawk il-miżuri ġodda li taf li trid twettaq fil-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk aħtaf din l-okkażjoni sabiex tħejji skeda u b’hekk int tkun tista’ timxi b’mod organizzat f’dawn il- miżuri li ser ikun hemm bżonn li twettaq.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces.
- Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Quartz Opal Aura. Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Scorpio hi dik il-ġimgħa ta’ rifflessjoni profonda ta’ għarfien ta’ dawk il-proġetti li int fix-xhur li ġejjin għandek twettaq. Grazzi għal rifflessjoni li hemm bżonn li twettaq int ser tkun f’qagħda aħjar sabiex tibni stabbilta’ soda lejn dawn il-proġetti.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Sagittarius.
- Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Peridot. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Sagittarius ser tkun dik il-ġimgħa fejn trid tgħaraf fejn din l-imħabba qegħda twasslek. Wara bosta xhur fejn int għamilt dak kollu li stajt f’din l-imħabba wasal il-waqt li tgħaraf eżatt fejn tixtieq tasal. Huwa għalxejn li twettaq aktar sforzi għax dak li kellek toffri offrejtu. Issa wasal il-waqt li tanalizza.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries.
- Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Amethyst. Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik ghalik Capricorn ser tkun dik il-ġimgħa li int tibda torganizza aħjar il-madwar tiegħek. Ovvjament għal diversi raġunijiet int ma stajtx twettaq dan iżda issa li għandek il-ħin huwa tajjeb li tibda twettaq sabiex grazzi għal dan int tkun organizzat. Dan jagħmlek tħares il-quddiem b’aktar fokazzjoni.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus.
- Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Aurora Quartz. Namaste
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aquarius ser tkun dik il-ġimgħa fejn int tgħaraf aħjar il-madwar tiegħek f’kemm int f’pożizzjoni ideali sabiex twettaq ċerta deċiżjonijiet minħabba xi direzzjoni ġdida. Għalhekk wettaq rifflessjoni bejn dak li għandek fil-preżent ma’ dak li jista’ jkollok fil-futur.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Scorpio.
- Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja mill-Infinite Stone. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Pisces ser tkun dik il-ġimgħa li twettaq analiżi profonda dwar il-qagħda finanzjarja tiegħek hekk kif qiegħed tesperjenza ċerta żbilanċ. Int trid tgħaraf ikollok aktar kontrol sabiex din is-sitwazzjoni preżenti ma toħloqx kumplikazzjonijiet fil-futur. Għalhekk analizza l-infieq tiegħek aħjar.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer.
- Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja mir-Rose Quartz. Namaste
Il-Qarrejja jistaqsu
Matul dawn ix-xhur irċivejt bosta korrispondenza minn għandkom il-qarrejja ta’ dan l-artiklu u għalhekk ħassejt li għandi nwieġeb uħud mill bosta mistoqsijiet ferm interessanti li intom il-qarrejja ta’ din il-paġna tibgħatu minn ġimgħa għal ġimgħa.
Dan juri kemm din il-pagna kibret u kemm qegħda tkun segwita. Grazzi għal dan qiegħed inħoss fija dik il-motivazzjoni sabiex dejjem inwassal artikli interessanti.
L-ewwel ittra magħżula hi mibgħuta minn Sharon miż-żodjaku ta’ Gemini minn San Gwann fejn xtaqet tkun taf x’inhi d-differenza bejn oroskopju ġenerali u oroskopju personali. Meta jien inwassal l-oroskopju kemm fil-gazzetti kif ukoll fuq il-mezzi soċjali, televiżjoni jew radju dan ikun oroskopju mfassal b’mod aktar miftuħ, imsejjaħa in generali, pero’ sabiex wieħed ikollu oroskopju personali jkun hemm bżonn id-data tat-twelied u anka il- ħin tat-twelied ta’ dik il-persuna partikolari sabiex jiġi mwettaq dak l-oroskopju personali b’mod aktar iddettaljat Namaste