L-Oroskopju | L-aħħar ġimgħa għaż-żodjaku ta' Virgo
L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon... Mill-Ħadd 17 ta’ Settembru sas-Sibt 23 ta’ Settembru
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aries ser tkun ġimgħa li fiha ser tanaliżża dawn l-aħħar ġimgħat sabiex b’hekk int tkun tista tagħraf kif minn issa tibda tħejji aħjar kemm lilek innifsek kif ukoll dwar il-miri priċipali li int tixtieq tilħaq. Għalhekk għaraf sew u b’hekk żgur li l-istabbilta’ tiegħek titkattar.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
- Aries huma magħrufin għal abbilita’ organizzata tagħhom. Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Taurus ser tkun dik il-ġimgħa li tagħtik ċans li taħseb u tanaliżża sew dwar id-deċiżjoni li int għamilt. Għalkemm ma kinitx deċiżjoni faċli, minħabba ċ-ċirkostanzi li tinsab fihom fil-preżent ma kellekx triq oħra. Żgur li issa int trid tagħraf taddatta.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
- Taurus huma magħrufin għal ispontanjeta’ tagħhom. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Gemini ser tkun dik il-ġimgħa li twasslek lejn dak li finalment int qiegħed tħoss. Żgur li issa huwa dak il-waqt ideali li dak li hemm ġewwa fik taddattah. Dawn huma ġimgħat ta’ tqassim ta’ kif minn issa l-quddiem int tagħraf tikkombina dan kollu.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
- Gemini huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Cancer ser tkun dik il-ġimgħa li issa tagħraf aktar kif ser tkun qiegħed teżerċita l-pjanijiet tiegħek. Wara li ilek tant tanaliżża kull opportunità li kien hemm issa wasalt lejn dawk li int taf li tista tibni madwarhom. Żgur hekk int ser tagħraf sew il-futur tiegħek.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Black Opal. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Leo ser tkun il-ġimgħa li twettaq analiżi dwar il-finanzi tiegħek fejn int trid tagħraf aħjar l-infiq li int qiegħed tesperjenza sabiex grazzi għall-mod kif ser tanaliżża l-infiq int tista toħloq pjan aħjar kif minn issa int tosserva aħjar il-finanzi tiegħek.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
- Leo huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik listess Virgo ser tkun ġimgħa li int trid twettaq riflessjoni profonda ta’ kif esperjenzajt dak kollu li ġara madwarek waqt iż-żodjaku tiegħek. Żgur li tul dawn l-erba ġimgħat int kellek mumenti pożittivi u grazzi għal dawn il-mumenti issa trid tibni fuqhom għaż żmien li ġej
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
- Virgo huma magħrufin għal indipendenza tagħhom. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Libra ser tkun dik il-ġimgħa li trid tħejji lilek innifsek għal dawk l-erba ġimgħat li ġejjin fejn int ser tkun qiegħed tesperjenza l-fażi ta’ Libra. Fażi li żgur ser toffrilek kemm opportunitajiet, pjanijiet kif ukoll riflessjonijiet. Għalhekk aħtaf dak li hemm riesaq lejk.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
- Libra huma magħrufin għall-flessibilita’ tagħhom. Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Scorpio ser tkun dik il-ġimgħa li issa trid tqassam aħjar lilek innifsek għal responsabbilta ġdida li int għandek. Issa ser tkun qiegħed tesperjenza ċerta tibdil madwarek u għalhekk ikun tajjeb li int tħejji sew għal dan kollu sabiex b’hekk tkompli miexi l-quddiem.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
- Scorpio huma magħrufin għall-burdata stabbili tagħhom. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Sagittarius ser tkun dik il-ġimgħa sabiex tagħraf tikkombina kemm il-karriera kif ukoll il-madwar personali tiegħek f’bilanċ adattat. Int taf li meta int tlift il-bilanċ tiegħek f’diversi sitwazzjonijiet int esperjenzajt ħafna konsegwenzi. Għalhekk għaraf sew dan ħalli l-bilanċ tiegħek ikun wieħed ideali.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Sagittarius huma magħrufin kemm huma nies umli. Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Capricorn ser tkun dik il-ġimgħa fejn int trid iżżomm lilek innifsek aktar trankwill. Issa m’hemmx aktar dik il-pressjoni li kont qiegħed tesperjenza u għalhekk f’dan l-ambjent aktar trakwill int kapaċi tagħraf u tanaliżża aħjar iċ-ċirkostanzi li ser ikun hemm.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
- Capricorn huma magħrufin li jservu ta’ pont. Namaste
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aquarius ser tkun ġimgħa fejn int tagħraf liema direzzjoni fil-karriera tiegħek hija l-aktar ideali għalik. Issa taf aħjar il-pożizzjoni tiegħek u hekk tista’ taqbad dik it-triq fejn int ser tkun tista’ twettaq il-miri tiegħek aħjar. Mhux il-waqt li tibqa’ f’nofs triq iżda analiżża t-triq ‘il quddiem.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
- Aquarius huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Pisces ser tkun ġimgħa ta’ għarfien aħjar dwar saħħtek. Issa wara li kellek l-esperjenza li tkun taf dwar dawk ir-riżultati li kien hemm bżonn taf dwarhom, li grazzi għal dawn ir-riżultati int tista’ tkun taf saħħtek fejn tassew qiegħda. Għaraf sew dawn ir-riżultati.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
- Pisces huma magħrufin għall-istabbilita’ tagħhom. Namaste
L-erba' kristalli għaż-żodjaku ta' Virgo
L-ewwel kristalla - Sapphire: Din l-ewwel kristalla toffri l-benefiċċju li jkollok għarfien aħjar ta’ kif nistaw naħsbu aħjar u kif il-ħsieb ma nħalluħx jiddomina l-ħajja ta’ madwarna. Din għandha wkoll il-benefiċċju li nikkumbattu xi aspetti negattivi bħal għira, saħħta jew altru.
It-tieni kristalla - Peridot: Din it-tieni kristalla f’dan l-istadju hi kkombinata sabiex tgħinek ħafna jekk int ikollok problema ta’ irqad u ma tkunx qiegħed tħossok komdu; toffri ukoll benefiċċju li tagħraf aktar il-kundizzjoni ta’ saħħtek fejn żgur dan huwa mportanti.
It-tielet kristalla - Malachite: Din it-tielet kristalla toffrilek il-benefiċċju li tagħtik aktar enerġija għal motivazzjoni jekk sfortunatament tkun għaddej minn xi mumenti ta’ monotonija; tagħtik il-ħeġġa, l-kuraġġ u l-inspirazzjoni sabiex int tagħraf tkun aktar motivat.
Ir-raba’ kristalla - Amber: Din ir-raba’ kristalla toffri diversi aspetti u bla dubju l-aktar interessanti nsibu l-memorja. Sfortunatament minħabba l-ħajja magħġla ta’ madwarna xi kultant ma niftakrux ċerta aspetti importanti tal-ħajja tagħna. Din il-kristalla iżżommok iffokat u ttejjeb il-memorja li hi tant meħtieġa. Tagħtik ukoll aktar flessibbilta’ kif ukoll bilanċ tajjeb ta’ kif tieħu ċertu deċiżjonijiet. Namaste