L-Oroskopju | Bidu tas-Seba’ Żodjaku ta’ Libra

L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon... Mis-Sibt 23 ta’ Settembru sal-Ħadd 22 ta’ Ottubru

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April                                                                            

F’dan il-bidu tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Aries ser ikun bidu ta’ aktar għarfien profond lejn dawk il-miri prinċipali li sa issa minħabba raġunijiet varji int ma stajtx twettaq u għalhekk issa int tinsab aktar iffokat u immotivat sabiex tagħraf aħjar kif tista twettaq dawn il-miri.  Għaraf u analizza.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.                                                            
  • Aries huma magħrufin għal indipendenza tagħhom. Namaste

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                                               

F’dan il-bidu tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Taurus ser ikun bidu ta’ aktar kunfidenza fik innifsek, kunfidenza li dan l-aħħar bħal qisek tlifta u bħal qisek bdejd taqta lura.  Iżda issa dan huwa l-passat u għalhekk ħares lejn il-ġimgħat li ġejjin b’aktar ħeġġa u kunfidenza sabiex titkattar aktar.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
  • Taurus huma magħrufin għal abbilita’ orġanizzata tagħhom.  Namaste

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                                              

F’dan il-bidu tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Gemini ser ikun bidu ta’ riflessjoni profonda ta’ dak li int tant tixtieq twettaq.  Għalkemm qiegħed ikun hemm diversi sitwazzjonijiet quddiemek li dawn jistaw jaqtawlek dik il-motivazzjoni, int xorta waħda trid tibqa temmen fik innifsek u f’dak li tixtieq li jiġri.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
  • Gemini huma magħrufin għal ispontanjeta’ tagħhom.  Namaste

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                                                                

F’dan il-bidu tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Cancer ser ikun bidu ta’ aktar determinazzjoni lejn il-ħajja tiegħek.  Għalkemm bħalissa qiegħed tesperjenza ostakoli li jidru ferm diffiċli, dan m’għandux iżommok milli tkompli għaddej b’dak li hemm bżonn li jitwettaq.  Ħafna drabi hija d-determinazzjoni ta’ kull wieħed u waħda minnha li tkattarna.  Għalhekk analizza b’għaqal.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
  • Cancer huma magħrufin għal abbilta’ u t-twemmin fihom infushom.  Namaste

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                                                  

F’dan il-bidu tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Leo ser ikun bidu ta’ aktar għarfien ta’ kif trid isib kemm ħin għalik u għal dawk ta’ madwarek.  Il-ħin lejn il-ħidma tiegħek huwa mportanti iżda dan m’għandux itellfek milli int ikollok dak l-ispazju għalik u għal dawk ta’ madwarek.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
  • Leo huma magħrufin għal attenzjoni li jagħtu.  Namaste

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                                                   

F’dan il-bidu tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Virgo ser ikun bidu ta’ ħarsa profonda lejn dawk l-erba’ ġimgħat li int għadek kif esperjenzajt meta grazzi għal l-erba’ ġimgħat fiż-żodjaku tiegħek, int kellek dak kollu favur tiegħek u issa trid tagħraf twettaq dan b’għaqal.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
  • Virgo huma magħrufin għal istabbilita’ tagħhom.  Namaste

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru                                                      

F’dan il-bidu tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik l-istess Libra ser ikun bidu ta’ fażi ta’ erba’ ġimgħat fejn int għandek ċans tajjeb li għal grazzi li ser tkun qiegħed tesperjenza l-istess żodjaku tiegħek dan għandu jagħtik dik l-opportunita’ sabiex dak kollu li int tixtieq ikun imwettaq.  Għalhekk għaraf sew dawn l-erba’ ġimgħat.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
  • Libra huma magħrufin għal burdata stabbli tagħhom.  Namaste

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru                                                 

F’dan il-bidu tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Scorpio ser ikun bidu ta’ ippjanar aktar organizzat.  Int persuna li dak li tippjana, tippjanah sal-aħħar dettal u issa f‘dawn il-ġimgħat int ser tagħraf tkun kapaċi twettaq ippjanar aktar iddettaljat u dan jista jiftaħlek toroq li forsi ma kontx qiegħed tistenna.  Għalhekk hejji għal dan. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
  • Scorpio huma magħrufin kemm huma umli.  Namaste

 Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru                                       

F’dan il-bidu tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Sagittarius ser ikun il-bidu ta’ għarfien ta’ aktar responsabbilta’ lejn il-familja tiegħek u lejn dawk ta’ madwarek.  Responsabbilta’ li tagħraf dawk il-bżonnijiet li minħabba impenji oħra ma’ kontx qiegħed twettaq.  Għalhekk issa huwa l-mument utili li tagħraf dan.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt
  • Sagittarius huma magħrufin li jservu ta’ pont.  Namaste

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar                                         

F’dan il-bidu tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Capricorn ser ikun il-bidu li tanalizza aħjar kif tista t-tejjeb is-saħħa tiegħek.  Int taf li hemm bżonn tanalizza aħjar id-dieta tiegħek, il-ħin għal eżerċizzju u l-ħin ta’ relass.  Għalhekk meta int tagħraf dan kollu żgur li saħħtek ser tkun f’qagħda aħjar.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il il-ġimgħa huwa Tnejn.
  • Capricorn huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna.  Namaste

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                                            

F’dan il-bidu tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Aquarius ser ikun il-bidu li tagħraf aħjar fejn int tista tkun aħjar.  Għalkemm hemm bosta sitwazzjonijiet madwarek, f’dan iż-żodjaku dan jista jkun il-vleġġa tiegħek li tasal, twettaq u tagħraf dak li int tħoss ġewwa fik.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
  • Aquarius huma magħrufin għal flessibilita’ tagħhom.  Namaste

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                                                   

F’dan il-bidu tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Pisces ser ikun il-bidu sabiex int tibda tikkalma u grazzi għal dan int tkun f’qagħda li tagħraf aħjar il-madwar tiegħek.  Meta int ser tkun aktar kalm ser tkun kapaċi tirraġuna aħjar, tirrifletti aħjar u tagħraf aħjar.  Għalhekk hu ħsieb.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
  • Pisces huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.  Namaste

KOMPETIZZJONI ma' PAULJON

Voucher għal Pubblikazjonijiet ta’ PaulJon

Kull ma’ għandek tagħmel huwa li twieġeb għal din il-mistoqsija:   

Semmi wieħed mill-pubblikazzjonijiet ta’ PaulJon ?                            

Ibgħat it-tweġiba tiegħek ibgħat b’SMS fuq 79495804 jew 99013600 jew fuq il pagna ta facebook ‘’ PaulJon13 ‘’ Namaste  

More in Oroskopju