Oroskopju| Il-bidu tad-disa’ żodjaku: Sagittarius
Iż-żodjaku mwassal mill-astroloġista u awtur PaulJon
Novembru hu x-xahar li jgħaqqad diversi aspetti interessanti, ibda minn dawk tat-tifkiriet tal-għeżież tagħna li m’għadhomx magħna u kompli b’dak il-festin ta’ San Martin. Iżda Novembru hu wkoll ix-xahar tal-bidla mit-tmien żodjaku ta’ Skorpjun għall-bidu tad-disa’ żodjaku ta’ Sagittarius. Dan ifisser ukoll li issa bdejna l-aħħar kwart tal-kalendarju żodjaku li jintemm fl-20 ta’ Marzu. Dan iż-żodjaku ta’ Sagittarius jgħaqqad it-tmiem tal-istaġun tal-ħarifa għall-bidu tal-istagun tax-xitwa, kif ukoll idaħħalna fl-ispirtu tal-festi tal-Milied fejn ħafna ġa ramaw id-djar u l-ħwienet bl-atmosfera tal-Milied.
Iż-żodjaku ta’ Sagittarius ħafna jaħsbuh bħala l-aħħar żodjaku tas-sena minħabba li jwassal sa kważi l-aħħar ta’ Diċembru, iżda fil-fatt ikun baqa’ tliet żodjaki sabiex jintemm il-kalendarju żodjaku. Dawn huma ż-żodjaku ta’ Capricorn, Aquarius u Pisces.
Id-disa’ żodjaku ta’ Sagittarius jibda nhar l-Erbgħa 22 ta’ Novembru u jintemm nhar il-Ħamis 21 ta’ Diċembru. Dan iż-żodjaku jippreżenta żewġ simboli; dak tal-vleġġa u dak ta’ nofs persuna b’forma umana u nofsha ta’ kreatura, jew f’forma ta’ żiemel jew inkella f’forma ta’ ċerva.
It-tifsira tagħhom hi li waqt li s-simbolu prinċipali jibqa’ l-vleġġa, is-sinifikat taghha skont il-mitoloġija Griega jissimbolizza dak il-fejqan imsejjaħ healing, li hu mezz ta’ fejqan mhux b’kura medika imma mezz ta’ fejqan b’meditazzjoni profonda. Is-simbolu għandu t-tieni tifsira li hi dik ta’ PONT li jgħaqqad lid-dinja tagħna ma’ dik imsejħa l-ETERNITÀ SPIRITWALI!
L-isem ta’ dan iż-żodjaku, dejjem skont il-mitoloġija Griega, ġej mill-kliem Τοξότης Toxotes li mbagħad, meta jinqaleb għal-Latin, joħroġ propju l-kelma Sagittarius.
Iż-żodjaku ta’ Sagittarius huwa ffurmat mill-element ta’ Nar flimkien maż-żewġ żodjaki l-oħra ta’ Aries u Leo. Dawn flimkien joffru bosta prospetti fosthom l-aktar magħrufa s-sensittività fl-imħabba u d-determinazzjoni.
Għandhom ukoll iżda f’ċerti mumenti dik it-tendenza li ssib xi ras iebsa li tkun trid tgħaddi tagħha, però min-naħa l-oħra huma ħafna sensittivi u mhux l-ewwel darba li dan l-aspett jagħmilhom ħafna vulnerabbli. Fuq nota pożittiva huma wkoll persuni li joffru l-għajuna profonda kollha tagħhom barra li tispikka l-umiltà kbira tagħhom!
Bħal kull żodjaku għandek il-kombinazzjoni ta’ żewġ qmura fejn it-Tnejn 27 ta’ Novembru ser nesperjenzaw il-fazi tal-qamar kwinta waqt li l-fazi ta’ new moon ser inkunu qed nesperjenzawha nhar l-Erbgha 13 ta’ Diċembru.
Fatti interessanti dwar il-karattru taż-żodjaku ta’ Sagittarius, meta tinkiseb il-kunfidenza kompluta int żgur tkun taf fejn int, iżda dan iż-żodjaku jbati ħafna mill-burdati u għalhekk trid tagħraf timxi sew. Waħda mill-aktar sitwazzjonijiet għal qalbhom hija l-vaganzi li tispirahom, kif ukoll li jqattgħu ħin fin-natura. Magħrufin kemm huma umli u jħobbu ħafna l-annimali.
Persuni famużi li jagħlqu żmienhom waqt dan iż-żodjaku nsibu lil Winston Churchill, Britney Spears, Bruce Lee, Kirk Douglas, Steven Spielberg, Tina Turner, Brad Pitt, Frank Sinatra, Christina Aguilera, Walt Disney, Ludwig van Beethoven, Ben Stiller, u l-Papa Franġisku fost oħrajn.
Aktar informazzjoni tista’ ssibha fl-aħħar pubblikazzjoni tiegħi, “L-Oroskopju minn PaulJon” jew tista’ żżur is-sit www.pauljon13.com.
*****************************************************************************
Seba’ vouchers ta’ 7€ għalik
L-ewwel seba’ qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta’ 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta’ PaulJon.
L-ewwel seba’ qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jingħataw voucher ta’ 7€ li jissarraf għand Free Fitness Class ma’ Graziella Miruzzi.
Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna.