Oroskopju| L-erba’ kristalli għad-disa’ żodjaku ta’ Sagittarius
Iż-żodjaku mwassal mill-astroloġista u awtur Pauljon
L-astroloġija hija suġġett li ma fiha ebda tmiem. Jgħaddi kemm jgħaddi żmien, l-astroloġija tibqa’ dejjem toffrilna dawk l-aspetti profondi u interessanti marbuta ma’ ħajjjitna, mal-bżonnijiet u mal-miri tagħna.
L-astroloġija tipprovdi l-kalendarju żodjaku li dan il-kalendarju partikolari jipprovdi. L-Oroskopju huwa segwit minn disa’ persuni minn kull għaxra. Il-kalendarju żodjaku jipprovdi wkoll dawk il-kombinazzjonijiet taż-żodjaki, il-fażjiiet tal-qmura, il-kombinazzjoni tax-xemgħat, tal-kuluri, tal-ġranet tan-numri u wkoll il-kombinazzjoni tal-kristalli!
Propju f’dan l-artiklu se nwassal informazzjoni bażika tal-erba’ kristalli kombinati ġimgħa b’ġimgħa waqt il-fażi tad-disa’ żodjaku ta’ Sagittarius sabiex nagħrfu kemm nistgħu nibbenefikaw minn enerġija pożittiva minn dawn il-kristalli. Ma rridux ninsew iżda li kull kristalla waqt kull żodjaku għandha sors differenti.
Bosta mill-qarrejja ta’ din il-paġna jesprimu kemm hemm bżonn aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett tant interessanti tal-kristalli. Però nixtieq niġbed l-attenzjoni sabiex ma nħallux ħmerijiet ta’ dawk il-ftit u vera ftit li jippruvaw iħalltu l-kunċett ta’ benefiċċju pożittiv ta’ dawn il-kristalli ma’ xi twemmin partikolari!
L-erba’ kristalli meqjusa ta’ benefiċċju f’diversi aspetti waqt iż-żodjaku ta’ Libra huma dawn:
-
Topaz
-
Ruby
-
Euclase
-
Gaudefroyite
L-ewwel kristalla: Topaz
Din l-ewwel kristalla se toffri dak il-benefiċċju li tagħmlek tħossok aktar kunfidenti u deċiż dwar dak li int lest li twettaq. Fost affarijiet oħra, tagħmlek aktar iffokat u pożittiv lejn il-ħajja ta’ madwarek. Il-ġurnata ideali għal din il-kristalla hi dik tal-Ħamis u din il-kristalla għandha titpoġġa fil-kamra tas-sodda. Għandha tinxtegħel bejn id-disgħa u l-ħdax ta’ filgħaxija.
It-tieni kristalla: Ruby
Din it-tieni kristalla se toffrilek benefiċċju sabiex jitkattar l-għerf vera tiegħek sabiex ma tibżax minn mumenti ibsin u tagħraf iżżomm lilek innifsek fl-aħjar kundizzjoni possibbli. Il-ġranet ideali għal din il-kristalla huma t-Tlieta u s-Sibt. Għall-aħjar riżultat ta’ enerġija pożittiva, din il-kristalla għandha titpoġġa fiċ-ċentru tad-dar waqt li tinxtegħel bejn is-sebgħa u l-ħdax ta’ filgħaxija.
It-tielet kristalla: Euclase
Din it-tielet kristalla se toffrilek il-benefiċċji li tagħraf tkattar il-vera ħiliet tiegħek. Tagħtik aktar dawl lejn il-ħajja u tilqagħlek kontra kull għira jew enerġiji negattivi. Il-ġurnata ideali għal din il- kristalla hija l-Ħamis u għandha titpoġġa kemm fil-kamra fejn tirrilassa jew fil-kamra tas-sodda dejjem fuq in-naħa tax-xellug tiegħek. Għandha tinxtegħel dejjem bejn is-sebgħa sal-ħin tal-ħdax ta’ filgħaxija.
Ir-raba’ kristalla: Gaudefroyite
Din ir-raba’ kristalla se toffrilek il-benefiċċji li tkun aktar onest sabiex timtela b’aktar enerġija pożittiva. Biha tagħraf tkun aktar deċiż, mhux konfuż u tagħtik għarfien sabiex tagħraf aktar is-saħħa u l-platt tiegħek fost oħrajn. Din il-kristalla l-aħjar li titpoġġa fiċ-ċentru tad-dar jew iżżommha fuqek. Tinxtegħel kull nhar ta’ Ħamis u nhar ta’ Sibt biss bejn is-sebgħa ta’ filgħaxija sa mhux aktar tard mill-ħdax u nofs.
Hekk għandek din l-informazzjoni bażika ta’ dawn l-erba’ kristalli fost xi beneficċji kombinati waqt dan id-disa’ żodjaku ta’ Sagittarius.
Jekk tkun trid iżjed informazzjoni dwar is-suġġett tista’ taqra l-pubblikazzjoni tiegħi “Kristalli b’Rakkonti” jew tibgħat SMS fuq 7949 5804 / 9901 3600 jew żur is-sit www.pauljon13.com
Namaste.