L-Oroskopju għal dan il-Milied
L-oroskopju mwassal mill-astroloġista PaulJon waqt l-għaxar żodjaku ta’ Capricorn
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’dan il-Milied għalik iż-żodjaku ta’ Aries se jkun mument ta’ aktar fokazzjoni lejn l-impenn ta’ preparazzjoni f’dak li hemm riesaq lejk sabiex hekk int tkun tista’ ttejjeb u tagħraf aktar il-kapaċitajiet kollha tiegħek. Dan issa se jkun il-waqt fejn int ser tagħraf aktar il-ġejjieni tiegħek. Dan jaf ikun il-bidu ta’ bidla għat-tkattir.
Aries huma magħrufin għat-tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’dan il-Milied għalik iż-żodjaku ta’ Taurus se jkun ifisser aktar impenn u għarfien lejn dawk l-għeżież tiegħek li dan l-aħħar minħabba ċerti impenji kien hemm nuqqas. Għalhekk grazzi għal dan. int se tagħraf kemm huwa importanti li toħloq dak il-bilanċ bejn il-ħidma u l-għeżież tiegħek, bilanċ meħtieġ u utli.
Taurus huma magħrufin għad-direzzjoni li joffru. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’dan il-Milied għalik iż-żodjaku ta’ Gemini se jkun dak il-mument ta’ riflessjoni profonda lejn dawk il-proġetti li int qiegħed tħejji għax-xhur li ġejjin, proġetti li żgur iridu aktar attenzjoni, aktar ħsieb u aktar riflessjoni sabiex b’hekk turi kemm int organizzat sabiex dak li tixtieq jitwassal fl-aktar livell mistħoqq.
Gemini huma magħrufin għall-ideat pożittivi tagħhom. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’dan il-Milied għalik iż-żodjaku ta’ Cancer se jkun dak il-mument li b’aktar għaqal tibda tħejji għal dak it-tbiddil. Tibżax minn dan it-tibdil bżonjuż u utli għalik, għaraf biss li dan se jkun meħtieġ sabiex tkattar iżjed dik l-istabbiltà tant importanti għalik fix-xhur li ġejjin.
Cancer huma magħrufin għal-komunikazzjoni ideali tagħhom. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’dan il-Milied għalik iż-żodjaku ta’ Leo se jkun dak il-mument li jagħmlek tħossok persuna aktar dixxiplinata u organizzata u b’hekk minn issa int se tieħu nifs ġdid lejn il-ħidma tiegħek. Mhux hekk biss imma dan jaf ilaqqgħek ma’ persuni ġodda bil-probabbiltà ta’ ħafna ideat ġodda, ideat li jistgħu jagħtuk aktar kif int tista’ tkompli tkattar ħilietek.
Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’dan il-Milied għalik iż-żodjaku ta’ Virgo se jkun dak il-mument li se jwasslek sabiex twettaq għarfien profond mill-esperjenzi varji li esperjenzajt. Irrifletti b’għaqal minn dak li int esperjenzajt sabiex grazzi għal dan int b’determinazzjoni pożittiva tiegħek tkun aktar determinat lejn dak li hemm riesaq lejk.
Virgo huma magħrufin għat-tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’dan il-Milied għalik iż-żodjaku ta’ Libra se jagħmlek tagħti tidwira profonda ta’ dak li għandek madwarek sabiex b’hekk tkun tista’ tanalizza aktar f’dettall dak kollu li hemm għaddej u tagħraf tieħu dik id-direzzjoni ideali u meħtieġa sabiex b’hekk tkun tista’ tqassam aħjar it-twettiq li int tixtieq twettaq fil-ġimgħat li ġejjin.
Libra huma magħrufin għad-direzzjonijiet bilanċjati tagħhom. Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’dan il-Milied għalik iż-żodjaku ta’ Scorpio se jkun il-waqt li jagħmlek tanalizza li kollox jieħu żmien tiegħu u kollox ikun imwettaq fil-mument ideali. Issa int għandek iċ-ċans li tagħraf iżjed kif se taddatta kemm għal dak li qiegħed tesperjenza preżentament kif ukoll b’għaqal tħejji lilek innifsek sew għal dak li hemm riesaq lejk.
Scorpio huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’dan il-Milied għalik iż-żodjaku ta’ Sagittarius se jkun ifisser aktar impenn ta’ riflessjoni dwar ir-responsabbiltà li int bħalissa għandek madwarek kemm fir-relazzjoni, karriera u l- familja. Int trid turi kemm int persuna responsabbli sabiex b’hekk tkompli ttejjeb il-madwar komplut tiegħek u ssaħħaħ iżjed dik l-istabbiltà meħtieġa.
Sagittarius huma magħrufin għal kemm jagħrfu jimxu mal-mument. Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’dan il-Milied għalik iż-żodjaku ta’ Capricorn se jkun ifisser aktar impenn fit-tqassim fil- ħidma tiegħek u dan sabiex int tkompli ttejjeb il-madwar komplut tiegħek. Iżda int trid tagħraf tagħmlu b’mod għaqli sabiex it-tkattir mixtieq ikompli jiżviluppa. Għaraf imxi pass pass u b’hekk żgur it-twettiq ikun suċċess.
Capricorn huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Namaste
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’dan il-Milied għalik iż-żodjaku ta’ Aquarius se jkun dak il-mument li int tibda tagħraf aktar il-pożizzjoni finanzjarja tiegħek li dan l-aħħar bdiet tirkupra. B’hekk fl-istabbiltà madwarek se tara tkattir iżda issa trid tagħraf tkun iffokat aktar kif tqassam b’mod għaqli l-finanzi tiegħek sabiex terġa’ tinkiseb dik il-fiduċja tant meħtieġa.
Aquarius huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’dan il-Milied għalik iż-żodjaku ta’ Pisces se jkun dak il-mument opportun li turi aktar dik id-determinazzjoni fit-twettiq li tixtieq tkompli twettaq. Għalkemm kollegi jistgħu jkunu ta’ għajnuna int trid tagħraf li b’għaqal u b’ħeġġa tħares ’il quddiem u mhux lura. Huwa dan li se jagħmel id-differenza fik għal dak li hemm riesaq lejk.
Pisces huma magħrufin bħala nies immotivati ħafna. Namaste