L-Oroskopju waqt iż-żodjaku ta’ Aries
L-oroskopju mwassal mill-astroloġista u awtur PaulJon
Mill-Ħadd 31 ta’ Marzu sas-Sibt 6 ta’ April
Aries (Il-Kibx), mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April: F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, l-istess Aries se tkun ġimgħa fejn trid twettaq b’aktar attenzjoni il-miri tiegħek. Agħraf wettaq biss dak li int taħseb li tista’ tasal għalih, waqt li dak li taf li ma tistax ghalih, għalissa aħjar twarrbu. Il-Kibx huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste.
Taurus (It-Tawr), mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju: F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Taurus se tkun ġimgħa li torganizza aħjar il-ħin liberu tiegħek. Taf kemm il-karriera qed toħodlok ħin u bħal qisu ma baqagħlek xejn aktar madwarek. Għalhekk wettaq skeda għal ħin għalik u rrilassa. It-Tawr huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva. Namaste.
Leo (Id-Durbies), mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu: F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Leo se tkun ġimgħa li fiha turi l-kuraġġ tiegħek. Dejjem żammejt lura għax ħassejt li mhux il-waqt, imma issa huwa l-mument li ssib il-kuraġġ u tersaq lejn id-deċiżjoni li tant tixtieq twettaq. Id-Durbies huma magħrufin għas-sensittività tagħhom. Namaste.
Libra (Il-Miżien), mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru: F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Libra se tkun ġimgħa li tanalizza l-karriera u l-imħabba. Taf li trid iżomm bilanċ sabiex iżżomm kollox magħqud u għalhekk tajjeb tieqaf ftit u fejn qed tħossok żbilanċjat irranġah qabel ikun tard wisq. Il-Miżien huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Namaste.
Sagittarius (Il-Qaws), mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru: F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Sagittarius se tkun ġimgħa li int tagħraf u tanalizza sewwa dak li hemm madwarek. Ma tistax tibqa’ f’salib it-toroq. Issa huwa l-waqt għal dik id-direzzjoni lejn l-istabbiltà meħtieġa. Il-Qaws huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste.