Il-Qamar Ġdid għaż-żodjaku ta’ Aries
L-oroskopju mwassal mill-astroloġista u awtur PaulJon
Mill-Ħadd 7 ta’ April sas-Sibt 13 ta’ April
Aries (il-Kibx), mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, l-istess Aries se tkun ġimgħa li issa trid tagħraf aħjar dik id-direzzjoni li għalik tkun ideali. Taf li għandek opportunità sabiħa quddiemek iżda trid tkun kapaċi tagħrafha. Namaste.
Gemini (it-Tewmin), mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Gemini se tkun dik il-ġimgħa fejn b’għaqal tagħraf tqassam, kemm dak li qed tesperjenza, kif ukoll dak li hemm riesaq lejk. Jekk hemm bżonn twettaq skeda ġdida toqgħodx tinkwieta. Sib il-bilanċ meħtieġ. Namaste.
Virgo (l-Għodra), mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Virgo se tkun ġimgħa fejn se tagħraf tanalizza l-pożizzjoni tiegħek u tara jekk għadhiex dik il-waħda li tixtieq. Int bdejt tħoss ġewwa fik li jista’ jkun wasal il-mument għall-bidla. Issa huwa dak il-mument li tagħraf il-pass ’il quddiem. Irrifletti. Namaste.
Scorpio (l-Għaqreb), mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Scorpio se tkun dik il-ġimgħa fejn int trid tieħu pawża minn dak li hemm madwarek; pawża biex tkun kapaċi taħseb aħjar u tadatta aħjar għall-pressjoni li ġġenerat madwarek. Int trid tagħraf iżżomm bilanċ. Analizza. Namaste.
Aquarius (iż-Żir), mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Aquarius se tkun ġimgħa fejn trid twettaq analiżi ta’ dak li seħħ madwarek f’dawn l-aħħar ġranet. Minn dak li seħħ, issa trid tagħraf sew kif se tħares lejn il-futur tiegħek. Analizza. Namaste.