L-Oroskopju fl-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini
L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon
Mill-Ħadd 16 ta’ Ġunju sas-Sibt 22 ta’ Ġunju
Gemini (it-Tewmin), mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan iż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, l-istess Gemini se jkun il-waqt ta’ riflessjoni ta’ dak li int esperjenzajt sabiex b’hekk tkattar lilek aħjar. Il-kuluri favoriti ma’ Gemini huma l-oranġjo u l-isfar. Namaste.
Virgo (l-Għodra), mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan iż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, Virgo se jkun il-waqt li tkattar aktar lilek innifsek fil-karriera sabiex b’hekk tiddistingwi ruħek u tkompli tavvanza. Il-kuluri favoriti ma’ Virgo huma l-blu u r-roża. Namaste.
Scorpio (l-Għaqreb), mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan iż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, Scorpio se jkun il-waqt li tagħraf tippjana b’mod aktar dak li tixtieq twettaq iżda wettaq biss dak li issa tħoss ġewwa fik. Il-kuluri favoriti ma’ Libra huma l-griż u l-isfar. Namaste.
Aquarius (iż-Żir), mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan iż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, Aquarius se jkun il-waqt li tieħu pawża sabiex tagħraf sew fejn sejra l-karriera tiegħek. Tajjeb li twettaq riflessjoni profonda. Il-kuluri favoriti ma’ Aquarius huma l-abjad u l-kannella. Namaste.
Aries (il-Kibx), mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan iż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, Aries se jkun il-waqt li tagħraf twettaq ideat ġodda dwar it-tkattir tiegħek. Dawn l-ideat għandhom jagħtuk motivazzjoni. Il-kuluri favoriti ma’ Aries huma l-aħmar u l-kannella. Namaste.