L-Oroskopju | Bidu tar-raba’ żodjaku: Il-Qabru
L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon
Mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Cancer (il-Qabru), mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din l-ewwel ġimgħa tar-raba’ żodjaku ta’ Cancer, għalik, l-istess Cancer se tkun ġimgħa li torganizza aħjar lilek innifsek. Taf li s’issa għandek ħafna toroq li dawn kollha jistgħu jagħtuk dik l-opportunità li tant tixtieq. Cancer huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Namaste.
Libra (il-Miżien), mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din l-ewwel ġimgħa tar-raba’ żodjaku ta’ Cancer, għalik, Libra se tkun ġimgħa li trid tagħraf aħjar minn issa dak li vera tixtieq. Issa huwa l-waqt ghal direzzjonijiet ġodda. Libra huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Namaste.
Sagittarius (il-Qaws), mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din l-ewwel ġimgħa tar-raba’ żodjaku ta’ Cancer, għalik, Sagittarius se tkun ġimgħa li sservi bħala pawża sabiex grazzi ghaliha tkun tista’ tirrifletti, tagħraf u taħseb sew. Analizza. Sagittarius huma magħrufin għal kemm huma nies umli. Namaste.
Capricorn (il-Wott), mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din l-ewwel ġimgħa tar-raba’ żodjaku ta’ Cancer, għalik, Capricorn se tkun dik il-ġimgħa li tkompli tissaħħaħ dwar dawk il-miri li qed twettaq. Ghalhekk ħares biss lejn ’il quddiem u mhux lura. Capricorn huma magħrufin li jservu ta’ pont. Namaste.
Gemini (it-Tewmin), mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din l-ewwel ġimgħa tar-raba’ żodjaku ta’ Cancer, għalik, Gemini se tkun ġimgħa fejn issa taf eżatt kif se twettaq it-tqassim tal-pjanijiet tiegħek. Għalhekk, agħraf emmen iżjed fik. Gemini huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste.