L-Oroskopju għall-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Cancer
L-Oroskopju mwassal mill-astroloġista PaulJon
Mill-Ħadd 30 ta' Ġunju sas-Sibt 6 ta' Lulju
Cancer (il-Qabru), mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik, l-istess Cancer trid tkun ġimgħa ta’ aktar dixxiplina miegħek innifsek b’mod speċjali għall-ħin li fih tirrilassa. Għalhekk kun aktar dixxiplinat ħalli żżomm lilek f’kundizzjoni tajba. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste.
Virgo (l-Għodra), mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik, Virgo se tkun ġimgħa li tħejji għal pawsa qasira sabiex biha tidħol aktar frisk għall-ħidma li tant tagħtik sodisfazzjon u tkun kapaċi tlaħħaq dawk il-miri prinċipali. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal. Namaste.
Scorpio (l-Għaqreb), mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik, Scorpio se tkun ġimgħa fejn tibda tanalizza aħjar it-tibdil li int qed tesperjenza lejn diversi sitwazzjonijiet. Int taf li qed tesperjenza ċerti problemi u għalhekk tajjeb li twettaq riflessjoni profonda. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Aquamarin. Namaste.
Pisces (il-Ħut), mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik, Pisces se tkun ġimgħa fejn trid tagħraf kemm irnexxielek tasal fil-pjanijiet. Għandek tħossok sodisfatt li wasalt u żgur għandek lok għal aktar tkattir fil-ġimgħat li ġejjin. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Fire Gate. Namaste.
Aries (il-Kibx), mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik, Aries se tkun ġimgħa fejn trid tkun aktar organizzat. Għalkemm int dejjem imħejji u ppreparat tajjeb, issa trid tagħraf aħjar it-triqat tiegħek. Analizza sew. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Onyx. Namaste.