L-Oroskopju waqt iż-żodjaku ta’ Virgo (l-Għodra)
L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon
Mill-Ħadd 8 ta’ Settembru sas-Sibt 14 ta’ Settembru
Virgo (l-Għodra), mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru:
F’din il-ġimgħa, waqt il-fażi taż-żodjaku ta’ Virgo, għalik, l-istess Virgo se tagħmlek tagħraf aktar kif għandek tiddeċiedi għal deċiżjonijiet partikolari. B’hekk tagħraf dik ir-responsabbiltà u ma twettaqx deċiżjonijiet mgħaġġla. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Scorpio. Namaste.
Libra (il-Miżien), mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru:
F’din il-ġimgħa, waqt il-fażi taż-żodjaku ta’ Virgo, għalik, Libra se jkun il-waqt għal aktar għarfien ta’ dak li int kapaċi toffri. Minn issa, għalik dan se jkun xenarju kompletament mibdul, u għalhekk għandek tkun ferm iffokat. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Virgo. Namaste.
Capricorn (il-Wott), mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar:
F’din il-ġimgħa, waqt il-fażi taż-żodjaku ta’ Virgo, għalik, Capricorn se jkun perjodu fejn trid tagħraf sew dak li qed tesperjenza. Għalkemm jaf ikun hemm mumenti ta’ tibdil, tibżax minn dan, anzi kattar il-kuraġġ fik. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Pisces. Namaste.
Taurus (it-Tawr), mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju:
F’din il-ġimgħa, waqt il-fażi taż-żodjaku ta’ Virgo, għalik, Taurus se tagħmlek tirrifletti iżjed profondament x’vera tixtieq. Dan se jkun qed iħejjik biex tkun f’qagħda tajba biex tagħraf tilqa’ għal dak li hemm riesaq lejk. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Leo. Namaste.
Cancer (il-Qabru), mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju:
F’din il-ġimgħa, waqt il-fażi taż-żodjaku ta’ Virgo, għalik, Cancer se tagħmlek tagħraf li trid tkun aktar iffokat lejn il-miri prinċipali tiegħek. Kun aktar attent u analizza. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Virgo. Namaste.