Tbassir tal-Oroskopju għall-2025

L-astrologista Pauljon ibassar l-Oroskopju tal-2025, skont l-imħabba, karriera u aktar     

L-Oroskopju għaż-żodjaku ta’ Aries għall-2025                       

L-imħabba: Int trid tagħraf aktar eżattament il-parti l-oħra x’tixtieq. Ħafna drabi m’intix qed tagħraf sew dan. 

Karriera: Wessa’ aktar lilek innifsek sabiex tagħti spazju għal opinjonijiet oħra. M’hemm xejn ħażin li tisma’ ideat oħra.  

Tbassir għalik: Għandek bżonn aktar għarfien f’dat-twettiq li tixtieq. Dan jaf jagħmlek bla paċenzja iżda taf mill-esperjenzi passati x’ġarrabt. Għalhekk imxi pass pass u agħraf it-trankwillità.                                                                     

L-aktar jum ideali għalik huwa l-Erbgħa. 

L-aktar xahar ideali għalik huwa Ottubru. 

Tliet żodjaki ideali għalik huma Leo – Capricorn – Sagittarius. 

Evita ż-żodjaku ta’ Scorpio. 

L-Oroskopju għaż-żodjaku ta’ Taurus għall-2025            

L-imħabba: Hemm bżonn ta’ motivazzjoni. Kun avventuruż aktar u tibqax imwaħħal fl-istess pożizzjoni. 

Karriera: Iddeċiedi jekk għandekx tidħol f’responsabbiltà iżjed u agħraf ġorr kemm tiflaħ u mhux aktar milli jmissek. 

Tbassir għalik: Se tkun sena li tħossok trid l-affarijiet ta’ madwarek ikunu fuq pass aktar mgħaġġel. Dan jaf ikun tajjeb sabiex tagħraf tikkontrolla aktar dawk id-deċiżjonijiet li hemm resqin lejk. Irrifletti.                              

L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. 

L-aktar xahar ideali għalik huwa Lulju. 

Tliet żodjaki ideali għalik huma Capricorn – Gemini – Virgo. 

Evita ż-żodjaku ta’ Leo.  

L-Oroskopju għaż-żodjaku ta’ Gemini għall-2025             

L-imħabba: Agħraf sew il-bilanċ u l-ħtiġijiet sabiex tkompli dejjem tkattar dak li hemm. 

Karriera: Bosta toroq se jinfetħu. Bosta ideat se jkunu qed iduru. Agħraf  sew l-esperjenzi. 

Tbassir għalik: Se tkun sena li tagħmlek aktar aggressiv fl-ambizzjonijiet tiegħek personali. Dan jaf ikun ta’ sfida għalik għal mod kif tesprimi u żżomm kontroll. Imxi biss b’moħħok. Analizza.                                                          

L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ħamis. 

L-aktar xahar ideali għalik huwa Novembru. 

Tliet żodjaki ideali għalik huma Aqaurius – Taurus – Libra.                                     

Evita ż-żodjaku ta' Capricorn.                                                                                                                                                                           

L-Oroskopju għaż-żodjaku ta’ Cancer għall-2025            

L-imħabba: Sforzi li twettaq matul ix-xhur jistgħu ma jkunux biżżejjed sabiex tibda triq ġdida.     

Karriera: Idea li se tieħu taf tkun bidla fundamentali pożititva għal aktar stabbiltà fil-karriera futura.                                                                          

Tbassir għalik: Se tagħraf aħjar kif se tibda twettaq aktar deċiżjonijiet. L- influwenzi jew gwidi li kont tieħu sejrin jintemmu. Dan se jurik dik id-differenza fik. Agħraf sew dan.                                                                                               

L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tlieta. 

L-aktar xahar ideali għalik huwa Settembru. 

Tliet żodjaki ideali għalik huma: Scorpio – Gemini – Pisces.                                            

Evita ż-żodjaku ta’ Leo.     

L-Oroskopju għaż-żodjaku ta’ Leo għall-2025            

L-imħabba: Wasal iż-żmien li int ma tibżax twassal l-ideat jew ix-xewqat tiegħek. Wasal żmien li twassal xewqat b’mod bilanċjat. 

Karriera: Offerta ta’ oppurtunità se tkun proposta għalik iżda din jaf ikollha t-toqol tagħha. Għalhekk ifhem sew il-kundizzjonijiet. 

Tbassir għalik: Se tkun sena li tippermettilek li l-abbiltà titqawwa aktar fik u tagħraf aktar il-kontroll tal-ħajja personali tiegħek. B’hekk se żżid il-kunfidenza fik innifsek. Irrifletti.  

L-aktar jum ideali għalik huwa l-Erbgħa. 

L-aktar xahar ideali għalik huwa April. 

Tliet żodjaki ideali għalik huma Aries – Aquarius – Sagittarius.                            

Evita ż-żodjaku ta’ Scorpio.   

L-Oroskopju għaż-żodjaku ta’ Virgo għall-2025            

L-imħabba: Hemm bżonn spazju għal aktar ħin f’dan ir-rigward. It-twettiq tiegħek matul din is-sena jitkattar skont kemm se tkun appassjonat fl-imħabba.       

Karriera: Bosta toroq huma lesti għalik iżda aħseb fil-qawl Malti li mhux kulma jleqq huwa deheb. Analizza b’għaqal kull opportunità.                              

Tbassir għalik: Se tkun sena li l-ħajja ta’ madwarek se tkun fuq pass aktar mexxej mis-soltu. Dan se jagħmlek aktar motivat u aktar attiv, iżda dan ifisser li tiżen aktar fil-fond dak li se twettaq. Irrifletti b’mod profond.                                                                                  

L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ġimgħa. 

L-aktar xahar ideali għalik huwa Diċembru. 

Tliet żodjaki ideali għalik huma: Taurus – Cancer – Capricorn.                                       

Evita ż-żodjaku ta’ Aries.                                                                                                                             

L-Oroskopju għaż-żodjaku ta’ Libra għall-2025            

L-imħabba: L-esperjenza għallmitek li xejn ma trid tieħu for granted. Għalhekk għandek titgħallem sew minn dan. 

Karriera: Għandek tkattir u stabbiltà biżżejjed sabiex żgur tkompli miexi lejn aktar proġetti.   

Tbassir għalik: Se tkun sena li għandha twasslek lejn aktar bilanċ. Għalkemm għalik din is-sena se tkun iffokata fuq diversi proġetti ġodda, dan m’għandux itellfek mill-bilanċ li hemm madwarek. Analizza. 

L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. 

L-aktar xahar ideali għalik huwa Lulju. 

Tliet żodjaki ideali għalik huma Aquarius – Virgo – Gemini.                                     

Evita ż-żodjaku ta' Capricorn.                                                                                                                                                                              

L-Oroskopju għaż-żodjaku ta’ Scorpio għall-2025            

L-imħabba: L-esperjenzi għallmuk kemm trid tagħraf tisma’ u fejn ikun meħtieġ taddatta. B’dal-mod għandek tkompli għaddej għal aktar kuntentizza.  

Karriera: Ħares lejn ix-xhur li ġejjin b’aktar determinazzjoni. Dak li seħħ issa jinsab warajk. Kun aktar determinat.                                 

Tbassir għalik: Se tkun sena li tagħmlek aktar ċert fik innifsek dwar tfassil u pjanijiet li hemm bżonn tibda twettaq. Però, agħraf żomm lilek innifsek kawt biex b’hekk ikollok kwadru komplut.                                                         

L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. 

L-aktar xahar ideali għalik huwa Lulju. 

Tliet żodjaki ideali għalik huma: Cancer – Capricorn – Pisces.                                 

Evita ż-żodjaku ta’ Aries.                

L-Oroskopju għaż-żodjaku ta’ Sagittarius għall-2025            

L-imħabba: Is-sensittività se tkompli tkun iċ-ċentru ta’ tkattir u dan jawgura tajjeb sabiex dak li hemm ikompli jissaħħaħ. 

Karriera: It-tkattir li esperjenzajt tul dawn l-aħħar xhur se jkompli jagħtik aktar riżultati pożittivi. 

Tbassir għalik: Se tkun sena ffokata dwar aktar tkabbir fil-ħidma tiegħek. Dan ovvjament sabiex issa żżid dik il-possibbiltà ta’ tibdil u b’hekk iżżomm lilek innifsek iffokat sabiex l-istabbiltà tkompli titkattar. Analizza. 

L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ħamis. 

L-aktar xahar ideali għalik huwa Mejju. 

Tliet żodjaki ideali għalik huma Aries – Gemini – Leo.                                                  

Evita ż-żodjaku ta’ Pisces.  

L-Oroskopju għaż-żodjaku ta’ Capricorn għall-2025            

L-imħabba: Se tkun qed tesperjenza l-ewwel responsabbiltà. Dan issa se jagħmlek tagħraf aktar il-pożizzjoni tiegħek. 

Karriera: Deċiżjoni dwar direzzjoni ġdida se tkun riesqa lejk; direzzjoni li trid tagħraf tanalizzaha sew. 

Tbassir għalik: Se tkun sena ta’ opportunità ġdida. Dan żgur ikun dak il-mument li int tkompli tkabbar il-madwar kollu tiegħek f’dak li int dejjem xtaqt, kemm fil-karriera tiegħek, kif ukoll għall-madwar komplut tiegħek. Analizza.                                 

L-aktar jum ideali għalik huwa l-Erbgħa. 

L-aktar xahar ideali għalik huwa April. 

Tliet żodjaki ideali għalik huma Taurus – Scorpio – Virgo.                                         

Evita ż-żodjaku ta’ Libra. 

L-Oroskopju għaż-żodjaku ta’ Aquarius għall-2025            

L-imħabba: Agħraf żomm l-attenzjoni sabiex dak li hemm ikompli jitkattar.                                                               

Karriera: Tibdil huwa mistenni għalik iżda dan jekk int tkun vera tixtiequ.                                                          

Tbassir għalik: Matul din is-sena se tagħraf rankatura fil-karriera tiegħek fejn trid iżżomm lilek innifsek iffukat aktar mis-soltu. Tikkommettix ċerti żbalji li jistgħu jkunu ta’ konsegwenza. Irrifletti.                                                                                           

L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tlieta. 

L-aktar xahar ideali għalik huwa Mejju. 

Tliet żodjaki ideali għalik huma Libra – Virgo – Gemini.                                                

Evita ż-żodjaku ta’ Aries.   

L-Oroskopju għaż-żodjaku ta’ Pisces għall-2025            

L-imħabba: Tirrepetix żbalji li ġa ġarrabt matul l-2024. Agħraf dawn l-iżbalji u mexxi. 

Karriera: Agħraf kun aktar iffokat sabiex tkompli titkattar f’aktar stabbiltà.                                                   

Tbassir għalik: Se tkun sena li tħossok mimli b’aktar ħeġġa u determinazzjoni. Minħabba f’hekk, int trid tagħraf aktar tikkontrolla, kemm lilek innifsek, kif ukoll is-sitwazzjoni ta’ madwarek. Agħraf dan u kun kawt.                                     

L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ġimgħa. 

L-aktar xahar ideali għalik huwa Settembru. 

Tliet żodjaki ideali għalik huma Scorpio – Leo – Pisces.                                                 

Evita ż-żodjaku ta’ Capricorn.  

More in Oroskopju