Filmat | 'Mhux riżenja biss ... imma elezzjoni ġenerali' - Saviour Balzan
Fl-ewwel video blog tiegħu fuq is-sit illum.com.mt, Saviour Balzan jisħaq li hemm bżonn uċuh ġodda kullimkien
“Mhux ngħid li Muscat qatel lil Daphne Caruana Galizia iżda li madwaru kien hemm azzjonijiet li setgħu ġew identifikati minħabba dak li ġara ... nispera li hija każ ta’ bniedem li ġie manipulat.” Hekk stqarr l-Editur Maniġerjali ta’ MediaToday Saviour Balzan, fl-ewwel video blog tiegħu fuq is-sit illum.com.mt.
Tul il-messaġġ tiegħu, indirizzat b’mod partikolari għall-udjenza Laburista u għal dawk li afdaw lil Joseph Muscat, Balzan jappella għall-bidla u jinsisti li hemm bżonn uċuh ġodda kullimkien.
Fil-fatt, Saviour Balzan jemmen li l-ewwel u qabel kollox, għandu jkun hemm ir-riżenja immedjata ta’ Joseph Muscat, jitpoġġa Prim Ministru interim u wara ssir elezzjoni, “mhux fil-Partit Laburista biss iżda elezzjoni ġenerali ... biex ikollna uċuh ġodda kullimkien.”
Balzan jisħaq li dak li l-Gvern wettaq fl-aħħar sitt snin, ħafna minnu huwa tajjeb, iżda fi kliemu, dak li seħħ fl-aħħar jiem, itappan ħafna minnu.
“Użaw moħħkom bħalissa mhux qalbkom,” itemm jappella.