'Turija ta' fiduċja' għall-GWU imma 'ma indirizzax lill-faxxi ta' isfel' għall-UĦM

L-illum.com.mt bl-ewwel reazzjoni tal-unjins - il-GWU u l-UĦM Voice of the Workers - għall-miżuri mħabbrin mill-Gvern illejla

FL-ewwel reazzjoni tiegħu għal dak li tħabbar illejla is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union (GWU) Josef Bugeja sostna illi l-miżuri huma" turija ta' fiduċja u kunfidenza fl-investiment u tisħiħ tal-impjiegi."

Bugeja spjega mal-illum.com.mt kif il-Gvern fil-fatt laqa' wħud mill-proposti tal-unjin u faħħar il-fatt illi l-Wage Supplement ġiet estiża sa Settembru, kif ukoll il-miżuri għal investiment fl-industrija. 

Xi ftit inqas pożittiv kien Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers li sostna illi l-unjin kienet tippretendi li jissemmew l-€400 li suppost kellhom iħallsu dawk li jħaddmu u li Vella jgħid illi "inħafru".  Huwa qal li l-UĦM tippretendi illi jibqa' jsir telework mingħajr qtugħ ta' allowances u li jkun iggarantit li l-paga terġa' tiġi għal li kienet.  "Diżappuntat li l-frontliners mhux se nagħtuhom xi ħaġa aktar u fuq il-vouchers stajna tajna xi ħaġa lil min għandu tfal żgħar ukoll," jgħid Vella.

Huwa ddeskriva l-eżerċizzju tal-lejla bħala wieħed li qed jindirizza lill-industirja, "inqas lill-faxxa medja u ħafna inqas lill-faxxa l-baxxa."

 

 

More in Politika