Miriam Dalli | Sostenibilità... minn outreach għall-investiment
Qed tingħata viżibilità akbar lil intrapriżi Maltin, biex jinvestu f’enerġija effiċjenti u jtejbu l-operat. Dawn il-kumpaniji jistgħu jibbenefikaw sa €5,000 biex iqabbdu energy auditors u ssir analiżi tal-operat. B’hekk il-kumpanija tifhem aħjar kif tista’ tiffranka l-użu tal-enerġija
Meta ftit tas-snin ilu l-kumpaniji kienu jitkellmu dwar is-sostenibilità, kienet titqies bħala prinċipju li bih kumpanija tinvesti f’Corporate Social Responsibility, bħal ngħidu aħna jitħawwlu s-siġar, jorganizzzaw cleanups u jqassmu tazzi li tista’ terġa tuża. Kollha azzjonijiet tajba, tibdiliet li jagħmlu differenza immedjata.
In-nies u n-negozji qed jifhmu li l-kunċett tas-sostenibilità jmur lil hinn mill-ambjent u sar parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum biex nilħqu bilanċ għal kwalità ta’ ħajja aħjar. Dan biex kull settur f’pajjiżna jagħti sehmu, b’impatt pożittiv fuq il-ħajja ta’ kulħadd.
Biex tissaħħaħ is-sostenibilità, il-benefiċċji fl-ekonomija, l-ambjent u l-qasam soċjali jridu jimxu id f’id.
Dawn l-isfidi jeħtieġu soluzzjonijiet innovattivi u jservu fit-tul. Il-Malta Enterprise, l-Aġenzija għall-Enerġija u Ilma u r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u Ilma, għaddejjin bi skemi li jinċentivaw l-intrapriżi jagħmlu investimenti innovattivi. Ġibna flimkien r-rappreżentanti tal-industrija u tal-banek ewlenin biex b’ħidma koordinata nkunu nistgħu naħdmu għal bidla favur is-sostenibilità.
Qed tingħata viżibilità akbar lil intrapriżi Maltin, biex jinvestu f’enerġija effiċjenti u jtejbu l-operat. Dawn il-kumpaniji jistgħu jibbenefikaw sa €5,000 biex iqabbdu energy auditors u ssir analiżi tal-operat. B’hekk il-kumpanija tifhem aħjar kif tista’ tiffranka l-użu tal-enerġija u tkun aktar effiċjenti. Il-Malta Enterprise se tinvesti €15-il miljun fi proġetti, fejn kumpaniji jkunu jistgħu jbiddlu l-operat tagħhom għal wieħed aktar modern u jikkonsma anqas enerġija. Permezz ta’ Sustainability Report l-intrapriżi se jkunu jistgħu jaraw x’tip ta’ investiment hu l-aħjar għalihom, biex flok jinvestu b’mod mgħaġġel b’reazzjoni għal xi kriżi, jkunu jistgħu jippjanaw fit-tul. B’dawn l-inizjattivi li ħabbarna, l-intrapriżi żgħar u medji huma mħeġġa jinvestu fi proġetti ta’ ġenerazzjoni għal enerġija rinnovabbli, fejn se jilħaq €50 miljun fuq mhedda ta’ 20 sena. Minn naħa tal-banek se jinvestu fi green loans biex ikomplu jassistu lin-negozji.
Il-mira tagħna bħala pajjiż hija li jnaqqsu l-emissjonijiet b’19%, meta mqabbel mas-sena 2005. Id-domanda tal-elettriku li ġejja mill-industrija, hija t-tieni l-akbar wara l-bini residenzjali, u qed ikun previst li se tiżdied bi 32% Miriam Dalli
Permezz ta’ dawn l-inizjattivi se nassiguraw li pajjiżna jilħaq l-ambizzjonijiet għall-ekonomija aktar sostenibbli, waqt li nimxu għat- transizzjoni ta’ climate neutrality – jiġifieri ekonomija li ma tniġġisx. B’dan il-mod se nimxu pari passu mal-viżjoni tal-Unjoni Ewropea.
L-industrija hija importanti biex pajjiżna jagħmel din it-tranżizzjoni biex pajjiżna jnaqqas emissjonijiet rreġistrati.
Il-mira tagħna bħala pajjiż hija li jnaqqsu l-emissjonijiet b’19%, meta mqabbel mas-sena 2005. Id-domanda tal-elettriku li ġejja mill-industrija, hija t-tieni l-akbar wara l-bini residenzjali, fejn ġie previst li se tiżdied bi 32% sas-sena 2030 fuq l-2020. Għalhekk huwa importanti li nkomplu ninvestu f’dan is-settur b’ aktar investiment u inizjattivi favur enerġija effiċjenti fl-industrija.
Dan juri biċ-ċar kemm in-negozji Maltin għandhom ikunu minn ta’ quddiem biex jinvestu u jagħtu prijorità għal business models aktar sostenibbli. B’dan il-mod, in-negozji mhux se jkunu qed jipproduċu prodotti u servizzi b’inqas impatt ambjentali, iżda se jkunu qed jassiguraw operat effiċjenti u makkinarju modern, b’użu inqas t’enerġija. Is-settur industrijali f’Malta diġà qed jimplimenta bidla għal operat effiċjenti, però issa wasal iż-żmien li intrapriżi żgħar u medji ukoll jibdew jagħmlu din it-transizzjoni għal prodotti u servizzi sostenibbli.
B’business models sostenibbli, in-negozji se jsaħħu l-kredenzjal ambjentali tagħhom, waqt li jirreġistraw żieda fil-profitt. Meta kumpanija jitnaqsilha l-spejjeż, il-profitti jiżdiedu u titjieb il- kompetittività, permezz tal-produzzjoni ta’ prodotti u servizzi bi prezzijiet aktar baxxi.
Permezz ta’ dan l-investiment f’enerġija rinnovabbli, dan jista’ jwassal biex l-enerġija li tkun ġiet ġġenerata tkopri enerġija li tirriżulta f’kontijiet orħos.
Għalhekk l-appell tiegħi hu wieħed lin-negozji Maltin, biex ma jiddejqux jinvestu f’ operat u servizzi sostenibbli. Kemm il-Gvern u l-banek se nkunu hemm biex ngħinu lill-kumpaniji jinvestu, biex flimkien inkomplu mexjin lejn il-miri ta’pajjiżna, b’benefiċċju għal Maltin u l- Għawdxin.