Robert Cutajar | Ambizzjoni ikbar għat-tibdil tal-Klima hi metieġa b’mod urġenti
Amministrazzjoni ġdida Nazzjonalista tnissel tama ġdida u kredibilità f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent traskurat tagħna - Robert Cutajar
L-aħħar rapport li ppubblika l-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) huwa wieħed li ma jistax ma jagħtix kasu. Ir-rapport jenfasizza x'inhi s-sitwazzjoni fir-rigward tal-klima li qed tinbidel u l-ftit ċans ta' azzjoni li baqa' biex niżguraw li ħsara l-irriversibbli ma taffettwaniex ħażin wisq, għax is0-sitwazzjoni ma tidhirx daqshekk tajba. Id-dinja diġà qiegħda u se tkun qed tiffaċċja bidliet severi fil-klima minħabba li l-emissjonijiet tagħna bħala komunità globali għadhom mhumiex konformi ma' dak miftiehem fil-Ftehim ta’ Pariġi, li qed jillimita ż-żieda fit-temperatura għal 1.5°C. Fuq livell lokali diġà esperjenzajna żieda netta ta' 1.4°C, viċin ħafna tal-limitu.
Id-daqs tal-gżira tagħna u l-entità tal-emissjonijiet tagħna jimplikaw b’mod ċar li l-azzjoni ta’ miti-gazzjoni ta' Malta ma tistax isseħħ f'vakwu. Dan għax l-affarijiet internazzjonali u t-tibdil fil-klima għandhom relazzjoni stretta ħafna. Hija ħasra li l-Gvern Malti ma jemminx li għandu jidħol f’din il-kwistjoni. Ma ninsewx li kienet Malta kienet li tellgħet is-suġġett tant importanti tat-tibdil fil-klima fuq l-aġenda internazzjonali fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lura fl-1988. Huwa ta' swied il-qalb li tara kemm il-Gvern tagħna jirnexxilu jpinġi lilu nnifsu bla ebda ambizzjoni u ispirazzjoni f'dan il-qasam. Il-mira tat-tnaqqis tal-karbonju minn 36% għal 19% biss huwa ċertifikat tal-falliment tal-Gvern. Din il-mira baxxa mhi xejn għajr ammissjoni mill-Gvern Laburista li m'għandux kredibilità fl-implimentazzjoni ta' strateġija ta' żvilupp rigward livell baxx ta' karbonju.
Il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-industrija hija parti integrali għal soluzzjoni. Ħafna mill-istake hold-ers il-kbar diġà investew u qegħdin kontinwament ifittxu li jkomplu jżidu l-effiċjenza tagħhom fil-klima billi jnaqqsu l-emissjonijiet mill-prodotti u l-operazzjonijiet tagħhom. Ditti iżgħar, SMEs u intra-priżi żgħar jistqarru li qed isibuha iktar diffiċli. Mill-profil ta' emissjonijiet ta’ Malta nistgħu naraw li, għalkemm l-investimenti kollha, bejn l-2012 u l-2019 l-emissjonijiet mill-manifattura u l-kostruzzjoni kważi rduppjaw, u l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku raw tnaqqis sinifikanti fl-2015 (permezz tal-implimentazzjoni tal-interconnector, proġett imwieled taħt amministrazzjoni tal-PN) iżda mbagħad erġajna rajna żieda qawwija. Aktar kmieni din is-sena l-Partit Nazzjonalista ppropona pakkett ta' miżuri li huma essenzjali biex Malta tilħaq l-aspirazzjonijiet tagħha ta' newtralità tal-karbonju u ffukati speċifikament fuq l-enerġija. Dan il-pjan tal-enerġija ffoka fuq sorsi rinnovabbli, it-tieni interconnector, trasport alternattiv, u effiċjenza fl-enerġija.
Aspett ieħor tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima huwa l-adattament – jiġifieri r-rispons tagħna għal klima li qed tinbidel. Hawnhekk l-amministrazzjoni attwali tidher astratta għal kollox fis-sens li l-Gvern huwa kompletament assenti u mbagħad astratt ħafna fl-approċċ tiegħu meta jipprova jagħmel xi ħaġa. Il-ftit li sar dwar l-adattament fl-istrateġija ta' żvilupp ta’ karbonju baxx ippubblikat bħalissa joffri ftit li xejn, u jidher li sar fil-għama dwar liema effetti se jħalli t-tibdil fil-klima fuq l-aspetti dif-ferenti bħall-kwalità tal-ħajja, l-ekonomija, u l-ambjent. Ir-raġuni aktarx hi l-fissazzjoni tal-gvern biex jikkonforma biss mal-obbligi tal-UE u ma jagħmel xejn iktar. M'hemm l-ebda miri fl-adattament, iżda dan ma jfissirx li l-bżonnijiet tagħna huma nulli. Ħafna industriji se jiġu affettwati mit-tibdil fil-klima b'mod negattiv jekk ma jiġux appoġġjati biex jadattaw kemm jista' jkun malajr, u dan l-adattament jista' jiswiena għali ħafna. Industriji bħat-turiżmu u l-agrikoltura huma magħrufa li huma pjuttost vulnerabbli għat-tibdil fil-klima. Il-bżonnijiet qegħdin hemm, u l-Gvern għandu d-dmir li jiżgura li dawn il-bżonnijiet jintlaħqu. Għandna bżonn analiżi aktar profonda tal-ħtiġijiet tas-setturi u pjan ta' adattamenti speċifiċi b’għanijiet ċari li jindirizzaw dan. L-adattament mhux se jkun sempliċi, u iktar ma ndumu iktar se nsibu kumplikazzjonijiet.
Aħna bħala PN nemmnu li Malta għandha vokazzjoni li tkun ewlenija fuq dan is-suġġett bħala pajjiż li se jkun affettwat b'mod disproporzjonat mit-tibdil fil-klima. Irridu niddedikaw ir-riżorsi tagħna biex insibu modi biex niġġieldu t-tibdil fil-klima filwaqt li nagħtu spinta lill-ekonomija tagħna - żewġ ele-menti li m'għandhomx ikunu ta' detriment għal xulxin. Jekk immexxu bl-eżempju allura nistgħu nik-konvinċu wkoll pajjiżi oħra.
Amministrazzjoni ġdida Nazzjonalista tnissel tama ġdida u kredibilità f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent traskurat tagħna. Se tiżgura li se tagħmel minn kollox biex tissalvagwardja l-ambjent u tara li t-tibdil fil-klima jingħata attenzjoni massima. Għandhom jittieħdu deċiżjonijiet li ilhom ħafna biex jittieħdu f'dan ir-rigward. Gvern ġdid tal-PN se jkun kuraġġuż u jieħu d-deċiżjonijiet kollha meħtieġa għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.
Jekk għandek ambizzjoni ikbar mill-Gvern dwar it-tibdil fil-klima ingħaqad mal-Konferenza Nazzjonali tal-PN imsejjħa mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li se ssir fil-ġimgħat li ġejjin.