Saviour Balzan | L-istorja ta’ Fantozzi!

"Meta mietet Daphne ried u pprova jieħu postha, bl-istil ta’ kitba u l-kattiverja. Safrattant xorta għamilha ta’ script writer għal Adrian Delia, u meta Delia ma setgħax iħallas dak li kien qed jitlob, abbandunah u beda jikteb kontrih..."

Manuel Delia
Manuel Delia

Jien m'inix sorpriż li minn nies kollha li qabżu għal Manwel Delia kien hemm ċertu avukat Georg Sapiano. L-eks sieħeb fix-xogħol ta’ Adrian Delia u avukat bħal dawk li tara fil-films Taljani: Iħobb ‘the good life’, inbid tajjeb, dgħajjes, karrozzi, uffiċini kollha kewba, vilel kbar u ġlekkijiet fini. Sapiano mhux biss kien u għadu ħabib intimu ta’ Manwel Delia u nies bħal Lou Bondi, imma kien ukoll Kandidat Nazzjonalista. Għal grazzja t’Alla ma kienx qabad art.

Forsi hawn ħafna li jinsew kemm kienu jingħataw direct orders lil Sapiano bħala avukat, biex jikteb rapport qasir u ħelu għal eluf ta’ liri Maltin mill-Ministeru ta’ Austin Gatt. Jekk ma għandkomx x'tagħmlu, fittxu u aqraw!

Iva, kien iċ-Chief of Staff ta’ Austin Gatt - dak li nesa' li kellu €600,000 f'kont l-Iżvizzera u qisu ma ġara xejn!
Imma meta l-ġimgħa l-oħra Caroline Muscat - ta’ ġurnal online - kixfet li Manwel Delia kien sejjer l-Italja biex jieħu impjieg u li kien imħallas minn Repubblika, waqgħet il-maskra ta’ Manwel Delia!

Għax Delia mhux biss huwa kiesaħ u bassa, imma fuq kollox huwa ipokrita.

Meta tela' fuq il-pulptu jiddandan għal Daphne Caruana Galizia, ħadd ma kellu l-kuraġġ ifakkar min kien dan il-bniedem. Delia, iċ-chief of staff ta’ Austin Gatt, il-Ministru li taħtu kien hemm skandlu kbir (tal-EneMalta) u li għalih qatt ma rrisponda. Il-Ministru li kien magħruf għaċ-ċajta kerha ta’ Smart City (Tiftakruhom il-5,000 imjieg?), għat-tkissir tal-PBS, għat-titubar fuq l-Air Malta u l-low cost, għaż-żmien tal- arroganza u għall-falliment fit-trasport pubbliku.

Delia, iċ-chief of staff ta’ Austin Gatt, il-Ministru li taħtu kien hemm skandlu kbir (tal-EneMalta) u li għalih qatt ma rrisponda. Il-Ministru li kien magħruf għaċ-ċajta kerha ta’ Smart City (Tiftakruhom il-5,000 imjieg?), għat-tkissir tal-PBS, għat-titubar fuq l-Air Malta Saviour Balzan

Dakinhar la Manwel Delia u lanqas Daphne ma fethu ħalqhom fuq l-iskandlu taż-żejt, għax hekk kien jaqblilhom. Imma l-gurnali ta’ barra u l-gurnalisti ta’ barra dan ma jinteressahomx, milli jidher!

Bħalma jidher li ma jinterresahomx, li jekk kien hemm xi ħadd li kien viċin tal-kumpanija ta’ Tumas kien Manwel Delia, u ma nafx kemm ħa pjaċir jiddendel fuq x-xarabank ma’ missier Yorgen u l-alla tieghu - Austin Gatt. Qed ngħid għall-Arriva, medalja oħra kbira għal Manwel Delia u l-avukat li ħadem fuq dan il-proġett, Georg Sapiano.

U forsi wkoll, insew l-attitudni mnejka, ardita u pastaża li biha Manuel Delia kien jitratta lin-nies u lill-midja, meta kien imexxi l-Ministeru ta’ Gatt.

Wara l-elezzjoni ta’ 2013 Delia ... mar jaħdem barra minn Malta (iż-Żimbabwe!) u hemmhekk hemm ħafna mistoqsijiet fuq ix-xogħol li kien jagħmel.

Meta mietet Daphne ried u pprova jieħu postha, bl-istil ta’ kitba u l-kattiverja. Safrattant xorta għamilha ta’ script writer għal Adrian Delia, u meta Delia ma setgħax iħallas dak li kien qed jitlob, abbandunah u beda jikteb kontrih.

U imbagħad il-ġimgħa l-oħra qal li ser jitlaq mill-pajjiż għax kellu wisq theddid fuq il-ħajja tiegħu!

Kienet Caroline Muscat - magħrufa kemm tgħir għal media oħra, tidher li qrib ma’ Ivan Camilleri sew u li taħseb li hi biss ġurnalista u l-eks Campaign Manager tal-Partit Nazzjonalista u eks news editor tat-Times - li tikxef li Delia kellu xogħol imħallas l-Italja u li kellu wkoll xi paga mill-NGO Repubblika.

Il-bużżieqa ta’ Delia nfaqgħet!

Għandu jieħu nota Manwel Delia li din id-darba l-attakk ma sarx minn dawk li ma jniżżluhx, imma dawk li suppost qegħdin fis-sodda miegħu Saviour Balzan

Matul dan iż-żmien kollu, kulħadd baqa' lura milli jikkritika lil Delia. Mur ara kieku minflok, Manwel Delia kien il-vittma jew it-target ta’ Daphne, kemm konna nisimgħu stejjer fuq, per eżempju, l-mara tieghu.

Għandu jieħu nota Manwel Delia li din id-darba l-attakk ma sarx minn dawk li ma jniżżluhx, imma dawk li suppost qegħdin fis-sodda miegħu! 

Ngħid għalija ma kontx sorpriż, more of the same!

Xena verament minn ta' Fantozzi, b’differenza kbira! Li Fantozzi jdaħħak u Delia jbikkik bl-ipokrezija u l-falsità!

Austin Gatt - L-Alla ta' Manue Delia
Austin Gatt - L-Alla ta' Manue Delia

More in Politika