Dun Ang Seychell | Kannabis Mediċinali: Nuqqas ta' qbil!
'Ċerti kimiċi li jinsabu naturalment fil-ħaxixa tal-kannabis irażżnu l-effett ħażin tas-sens ta’ wġigħ kif ukoll jirregolaw l-irqad ħażin'
Il-Kannabis Mediċinali huwa magħruf bħala effetiv fil-mard u fl-uġigħ, iżda min-naħa tas-sigurtà u l-etika l-iżvilupp ta’ din l-industrija hija limitata .
Tul dawn l-aħħar 15-il sena għadd dejjem jikber ta’ xjenzati bdew jieħdu interess fil-benefiċċji li jista’ jkun hemm fil-kannabis mediċinali li qed jintuża f’kull xorta ta’ mard mix-xlerożi u l-ansjetà, in-nuqqas ta’ rqad u diżordni wara xi trawma.
Ir-raġuni hi li ċerti kimiċi li jinsabu naturalment fil-ħaxixa tal-kannabis irażżnu l-effett ħażin tas-sens ta’ wġigħ kif ukoll jirregolaw l-irqad ħażin.
L-element CBD
L-iżjed li ġibed l-attenzjoni huwa l-element CBD b'ċerti studji juru li dan l-element kapaċi jikkontrolla l-effetti ta’ infjamazzjoni f’dawk li jintlaqtu mill-epilessija fit-tfulija. Il-kannabis mediċinali huwa kamp ikkumplikat għax fih hemm iżjed minn 400 droga u ċerti rimedji jużaw biss is-CBD, waqt li oħrajn jużaw kull estratt tal-pjanta.
Waqt li hemm problemi marbutin l-iżjed mal-prodotti THC hemm ukoll problema dwar l-użu tal-prodotti CBD, skont il-fehma ta’ Susan Weiss, Direttur tar-Riċerka fl-Istitut Nazzjonali dwar l-abbuż tad-droga fl-Amerika.
Waqt li l-liġijiet inbidlu f’Novembru 2018 meta l-kannabis mediċinali tħalliet tingħata legalment għall-ewwel darba fir-Renju Unit, l-Institute For Health & Care Excellence tat l-liċenzja biss lil tlett rimedji ibbażati fuq is CBD biex jintużaw fis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa. Tliet tipi ta’ epilessija tat-tfal, l-ivvumtar u n-nawsea assoċjati mal-kimoterapija u ċerti problemi ta’ spastiċità.
Huwa stmat li fir-Renju Unit hemm 1.4 miljun persuna li qed jużaw il-kannabis għal skopijiet mediċinali, imma li xi wħud minnhom qed jingħataw riċetta minn tobba u spiżeriji privati, oħrajn qed jixtru ħjut differenti ta’ kontrazzjonijiet mill-ħwienet ta’ Saħħa jew l-estratt sħiħ tal-pjanta minn bejjiegħa li jbiegħu kannabis għal skop ta’ gost.
L-Istitut Sodergreen!
F’Diċembru 2019 l-Istitut Sodergreen waqqaf The UK Medical Cannabis Registry biex isir jaf xi progress qed isir mill-kliniċi privati li qed joffru kannabis mediċinali.
F’Mejju 2021 ħargu l-ewwel riżultati għall-ewwel 129 pazjent. Dawn urew titjib sinjifikanti fil-qasam tal-ansjetà, uġigħ u rqad. Reġistri oħra jħossu li sa issa r-riżultati għadhom ftit, speċjalment fejn tidħol l-ansjetà.
Reġistri oħra qed jinżammu fi New Zealand dwar 253 pazjenti li qed jingħataw l-istess kura.
Sodergreen jittama li f’ħames jew 10 snin se jkollna droga liċenzjata min-National Health Service għall-uġigħ. Imma oħrajn iħossu li s’issa r-riżultati għadhom ftit, speċjalment fejn tidħol l-ansjetà.
Il-psikjatra Marta di Forti, tal-King’s College, Londra tgħid li mhux ċar x’nifhmu b'kannabis mediċinali.
Hi tistqarr: "Meta jkolli pazjenti li jridu jixtru CBD minn spiżerija u jippruvawha r-rakkommandazzjoni tiegħi tkun li jibdew bid-doża l-iżjed baxxa u jirreġistraw jekk iġarrbu xi effetti negattivi. Għax aħna s’issa nafu ftit wisq."
Mediċina Epidyolex
Il-qbil qiegħed li d-doża CBD tal-kannabis mediċinali għandha ċans li ssir l-iżjed waħda wżata bħala kura għal-forom differenti ta’ epilessija, minħabba l-effetti diġà magħrufa kontra l-attakki tagħha. Il-mediċina bbażata fuq is-CBD Epidyolex.
Hija diġà liċenzjata għall-kura ta’ tliet epilessji rari fi żmien it-tfulija.
L-Istitut Sodergreen huwa ħerqan li jbiegħed id-diskussjoni dwar il-kannabis rikreazzjonali minn dik dwar l-użu mediċinali tiegħu biex l-istorja dwar l-użu tat-tabakk ma tirrepetix ruħha, anke fil-qasam tal-kannabis.
Darba kienu jgħidu wkoll li t-tabakk inaqqas l-ansjetà!